App ġdida għad-donaturi tad-demm

  • Jan 11, 2017 10:30
  • Miktub minn iNews

    L-App Blood Donors MT ... għodda ġdida għad-donaturi tad-demm kif ukoll għal kull min irid jibda jagħti

    Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm dejjem jara kif ser itejjeb is-servizz li joffri u kemm jista’ jkun iżomm aġġornat maż-żminijiet ta’ llum. Fil-fatt bis-sapport tal-MITA is-Servizz issa għandu App ġdida bl-isem Blood Donors MT bil-għan li tiffaċilita l-komunikazzjoni mal-pubbliku nġenerali, partikularment mad-donaturi tad-demm. L-App fost affarijiet oħra toffri ħafna informazzjoni lil kull min ikun jixtieq jagħti d-demm, u għal dawk li huma donaturi tipprovdilhom il-faċilità li jżommu rekord dettaljat ta’ kull donazzjoni li jagħmlu minn issa ‘l quddiem.

    Is-Servizz waqt li jħeġġeġ lill-pubbliku biex iniżżel din l-App mill-App Store jew mill-Google Play jappella għal iktar donazzjonijiet tad-demm li fil-jiem li ġejjin jistgħu jsiru: 

     ·         fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00 am sas-6:00 pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6:00pm).

    ·         Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar Il-Ħadd 15 ta’ Jannar, mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun fid-Dipġartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Ħall Far

    ·         fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex nhar it-Tlieta 17 ta’ Jannar ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sal-5:00pm).

    Huwa importanti li wieħed iġib il-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook