Tiskansa sentenza ta' priġunerija għax l-imħallef jiddejjaq jibgħat nisa l-ħabs!

  • Jan 11, 2017 11:00
  • Miktub minn iNews

    Mara li nefqet xejn inqas mini €43,000 mid-debit card tal-kumpanija fejn kienet impjegata ħelset sentenza ta' priġunerija minħabba li l-imħallef “jiddejjaq jibgħat nisa l-ħabs”.

    Sophie Franklin, ta' 30 sena minn Londra, irnexxielha tonfoq din is-somma eżorbitanti bejn Jannar tal-2014 u Awwissu tal-2016.

    Franklin, li kienet tokkupa l-kariga ta' maniġer fil-kumpanija, użat flus il-kumpanija biex tixtri ħwejjeġ ta' ditti rinomati, prodotti kosmetiċi għaliha u għal sħabha, u saħansitra tellgħet ukoll mat-€8,000 f'kontijiet ta' taxis.

    Dan apparti s-somom kbar li nefqet f'lukandi u kontijiet tal-mowbajl.

    Iżda quddiem dan kollu, l-Imħallef Owen Davies ma kellu xejn aktar xi jgħid ħlief “ Niddejjaq nibgħat il-ħabs dawk in-nisa li qatt ma weħlu sentenza ta' priġunerija”. Dan bil-kundizzjoni li Franklin tħallas is-somma kollha lill-kumpanija sa Mejju li ġej.

    Jidher li Franklin kienet tikkontrolla u timmanipula l-irċevuti tal-kumpanija, bit-tbagħbis tagħha tal-flus tal-kumpanija jibqa' mistur sakemm għażlet li titlaq mill-impjieg tagħha.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0