Bil-filmat: Attakk vjolenti u viljakk fuq mara anzjana fuq siġġu tar-roti

  • Jan 11, 2017 12:39
  • Miktub minn iNews

    Dan huwa l-mument viljakk u mill-aktar xokkanti fejn raġel imbotta mara anzjana b'siġġu tar-rotti għal fuq il-binarji tal-ferrovija u mbagħad ipprova joqtolha b'daqqiet ripetuti ta' ġebla fuq rasha.

    L-attakk orribbli seħħ fil-belt ta' Leszno fil-Polonja.

    Ir-raġel li ġie deskritt mill-awtoritajiet Pollakki bħala li għandu 33 sena, qed ikun akkużat bl-attentat ta' qtil tal-mara ta' 72 sena.

    L-anzjana, li tgħix fil-belt ta' Czestochowa, kienet sejra l-isptar u niżlet fil-belt ta' Leszno biex taqbad il-ferrovija neċessarja. Jidher li l-mara kienet diġà ltaqgħet mar-raġel fuq l-ewwel ferrovija li ħaditha lejn Leszno u kienu qattgħu l-vjaġġ jitkellmu.

    Meta waslu Leszno r-raġel offra li jgħinha biex taqbad il-ferrovija li kellha twassalha l-istpar, iżda fil-filmat miġbud mill-kameras tas-sigurtà r-raġel jidher jitfagħha fuq il-binarji u jattakkaha vjolentement.

    Sakemm laħqu intervjenew xi nies huwa kien diġà laħaq taha madwar 12-il daqqa bil-ġebla f'rasha.

    Fortunatament il-mara qed tirkupra mill-attakk wara li nstab li ġarrbet ġrieħi f'rasha u kellha xi ksur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook