Miżura biex ikunu protetti l-istudenti

  • Jan 11, 2017 13:14
  • Miktub minn iNews

    Numru ta’ studenti li jattendu fl-MCAST, jinsabu urtati għall-fatt li jridu jilbsu l-karta tal-istudenti imdendla m’għonqhom. Din l-ordni trid tidol fis-seħħ mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.

    Bosta studenti wasslu d-diżappunt tagħhom għal din id-deċiżjoni kemm verbalment, kif ukoll permezz ta’ diversi messaġġi fuq is-siti soċjali. Il-KSM ukoll ħareġ stqarrija fejn irrefera għal din is-sitwazzjoni bħala waħda ‘inaċċettabbli’ għal diversi raġunijiet, ewlenija fosthom li mhux konvenjent li student jagħmel ġurnata b’din il-card imdendla m’għonqu.

    B’reazzjoni għal dan, l-MCAST ħarġet stqarrija fejn sostniet li dan qed isir biex ikunu protetti l-istudenti u l-għalliema fi ħdan l-istess kulleġġ. Din il-miżura qed tittieħed wara diversi rapporti li saru fis-snin preċidenti fejn ġew innutati numru ta’ persuni mhux awtorizzati, jakkumpanjaw studenti tal-MCAST fl-istess campus. Dan mhux aċċettabbli, saħqet l-MCAST u dan il-pass se jkun pass importanti fost numru ta’ miżuri li se jkunu qed jittieħdu biex tkompli tkun aċċertata sigurtà lill-istudenti u l-istaff kollu.

    Madanakollu, il-miżura li studenti jilbsu l-karta tal-istudenti, hija miżura li hija mwettqa f’numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi madwar id-dinja. U fi ftit żmien, din il-miżura ser tkun introdotta ukoll fi ħdan l-istaff tal-MCAST.

    L-MCAST sostniet li ser tkun qed tiltaqa’ mal-KSM sabiex tispjega din il-miżura aktar fid-dettall, tisma x’għandhom jgħidu huma u tipprova ssib kompromess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook