Leo Butler jirbaħ id-Demolition Derby tal-ASMK

  • Jan 11, 2017 15:36
  • Miktub minn iNews

    Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi fetħet l-istaġun tagħha - Pasta Poiatti 2016/2017 tal-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Għall dawn l-attivitajiet irreġistraw 39 kompetitur.

    Dan sar wara investiment qawwi li għamlet l-Assoċ­jazzjoni fuq il-Korsa tal-Karozzi u dik tal-Muturi. Is-sewwieqa u r-riders huma ferm  sodisfatti bir-riżultati miksuba b’dan il-proġett minkejja li dam dawn l-aħħar tliet xhur biex jitlesta.

    Fis-sezzjoni Autocross matul it-tliet heats tal-ġurnata ħadd ma rebaħ il-Heats kollha iżda Philip Joe Vella fuq Opel Corsa, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Gordon Johnson fuq Opel Corsa rrnexxielhom iġibu bl-ogħla punteġġ tal-ġurnata biex issiġillaw posthom fil-finali Klassi A.

    Ma dawn ikkwalifikaw ukoll Terence Azzopardi u Jonathan Camilleri it-tnejn fuq Karoz-zi Opel Corsa u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova.

    Mat-tluq ta’ din il-finali, is-sitt karozzi għamlu ħrug tajjeb ħafna fejn baqgħu is-sitta flim­kien sal-ewwel kantuniera.

    Hawn kien ftit impossib­bli li jibqgħu kollha flimkien bil-konsgewenza li Camilleri u Pisani kellhom ikomplu it-tiġrija mill-aħħar pożizzjonijiet.

    Johnson ha t-tmun tal-finali segwit minn Azzopardi u Vella fejn dan tal-aħħar irnexxielu jissupera lil Az­zopardi wara l-ewwel dawra biex avvanza pożizzjoni.

    Ma’ Vella avvanza wkoll Micallef iżda wara t-tielet dawra Vella kellu jnaqqas minħabba ħsara mekkanika fir-rota ta’ quddiem.

    Il-finali spiċċat b’Johnson jirbaħ l-ewwel finali tal-istaġun segwit minn Micallef u Azzopardi. Fir-raba’ post daħal Camilleri segwit minn Pisani fil-ħames post.

    Fil-finali Autocross Klassi B kellna Start Line kompost minn Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Jonathan Vella u Duncan Delia it-tnejn fuq karozzi Ford Fies­ta, Noel Zammit fuq Fiat Punto u James Micallef fuq Opel Corsa.

    Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Joseph Micallef jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Borg u Zammit.

    Ftit qabel l-ewwel kantu­niera, azzjoni perikoluża minn Delia ikkaġunat kun­tatt ma’ James Micallef b’dan tal-aħħar ikompli l-azzjoni biex Delia spiċċa barra mill-korsa. Ir-referee tal-ġurnata ordna Warning fuq Delia u James Micallef. Filwaqt, il-finali kompliet b’wirja tajba u spiċċat b’Joseph Micallef jirbaħ il-finali B segwit minn Borg u Zammit. Fir-raba’ post spiċċa James Micallef segwit minn Vella fil-ħames post.

    Għall-finali Autocross Standard li Start Line kien kompost minn Nicovich Chircop fuq Peugeot 206, Deane Farrugia, Ian Fenech u Melvin Buttigieg it-tlieta fuq karozzi Citroen AX, Karl Scicluna fuq Peugeot 106 u Johann Vella fuq Opel Nova. Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Farrugia jisraq l-ewwel pożizzjoni segwit minn Buttigieg u Scicluna.

    L-attenzzjoni mill-ewwel marret fuq Vella li kien fl-aħħar pożizzjoni fejn kien qed jagħmel pressjoni fuq Chircop.

    Wara kuntatt minn Vella dan issupera lil Chircop bir-referee joħroġ warning lil Vella għal azzjoni li kien għamel. It-tiġrija kompliet b’Buttigieg jissupera lil Farrugia biex Buttigieg spiċċa jillidja it-tiġrija. Ftit qabel tmiem it-tigrija l-attenzjoni reġgħet marret fuq Vella li kien qed jagħmel pressjoni fuq Fenech u Scicluna sakemm għat-tieni darba għamel kunttat apposta mal-karozza u Vella ġie sospiż mit-tiġrija. Il-finali spiċċat b’Buttigieg jirbaħ segwit minn Farrugia u Scicluna. Fir-raba’ post spiċċa Chircop filwaqt li Fenech spiċċa fil-ħames post.

    Fil-Motocross ħadu sehem 14-il rider maqsuma fuq sistema ġdida tal-Kla­s­sijiet. F’dan l-istaġun se jkun hemm Klassi A għal riders Experts, Klassi B għal Riders Intermediate, Klassi C għal Riders Beginners u Klassi Veterans għal dawk il-veterani li jixtiequ jkomplu jipprattikaw dan l-isport.

    Intant ir-riżultat fil-Motocross Klassi A kienet mirbuha minn Paul Muscat fuq mutur KTM 450cc segwit minn David Dimech fuq mutur Honda 450cc. Fit-tielet post spiċċa Trevor Muscat fuq KTM 450cc. Fil-Motocross Klassi B rajna lil Mark Mamo fuq Yamaha 125cc jirbah din il-klassi segwit minn Arthur Micallef fuq KTM 250cc.

    Fit-tielet post spiċċa Elvin Debono fuq Kawasaki. Motocross Klassi C intrebħet minn Adrian Bonnici fuq mutur Yamaha 250cc segwit minn Michael Sant fuq Honda 125cc u fit-tielet post rajna lill Luke Sheldon fuq Kawasaki 250cc.

    Il-Klassi Motocross Vete­ran kienet mirbuħa minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha 250cc segwit minn William Sant fuq mutur Suzuki 250cc. Fit-tielet post spiċċa Paul Deguara fuq mutur KTM 250cc.

    Il-programm tal-ġurnata spiċċa bid-Demolition Der­by 2016 kif kien maħsub.

    Din id-Demolition kellha ssir, fit-18 ta’ Dicembru, imma minħabba l-maltemp ġiet posposta għal din il-ġurnata. Għal din l-attivitá speċjali attendew mijiet ta’ spettaturi. Din il-kompetizzjoni issir biex waqt li ngawdu l-attivitá, fl-istess ħin inkunu qed nagħmlu karitá u naħsbu ħaddiehor.

    Għal din it-22 edizzjoni, 14-il karozza rreġistraw għall-edizzjoni tad-Demolition. Il-kompetituri kienu Jason Magro fuq Hunter, Frank Butler fuq Lada, Larkin Butler fuq Hunter, Karl Mizzi fuq Lada, Leo Butler fuq Volvo, Marlfuq Caruana fuq Ford Escort, Wayne Mallia fuq Volvo, Kevin Barbara fuq Ford Escort, Mauro Cassar fuq Lada, Matthew Mallia fuq Volvo, Clint Farrugia fuq Volvo, Kane Pisani fuq Toyota Carina, Emanuel Fenech fuq Proton Sage & Shaw Pisani fuq Toyota Corolla.

    Mal-ħin, ingħata s-sinjal biex tibda il-preparazzjoni tal-korsa biex tkun tista tibda d-Demolition. Wara żewġ dawriet mal-korsa dawn il-karozzi offrew spettaklu ta’ ħbit b’tattika speċjali qabel ma jkunu mormija għall-iscrap. Fosthom spikkat il-karozza Volvo misjuqa minn Leo Butler fejn apparti l-ħoss tad-daqqiet u tal-magna beda jagħmel manuvri u joqgħod attent fejn jirċievi d-daqqiet kif ukoll b’fejn jagħti d-daqqiet lil uħud minnhom. Din kienet wirja spettakolari.

    Wara ftit inqas minn 35 minuta t-taqtiegħa temmew l-isfida bejn tliet karozzi; il-Volvo u Hunter misjuqa mill-aħwa Butler, Leo fuq il-Volvo u Larkin fuq il-Hunter. F’din it-taqtiegħa kien hemm ukoll Ford Escort MK 6 misjuq minn Marlon Caruana fejn l-aħwa Butler pruvaw kemm-il darba jagħmlu manuvri biex forsi jasal il-mument li Caruana jċedi imma deher ċar li l-karozza ta’ Caruana kienet għada tiflaħ għad-daqqiet.

    Kienu biss 10 minuti qabel tmiem it-tiġrija fejn wieħed mill-aħwa Butler, fuq Hunter, kellu jirtria biex b’hekk it-taqtiegħa finali kienet bejn il-Volvo tal-Leo u l-Escort MK6 ta Caruana.

    F’dan l-istadju minkej­ja li bla steering u body mgħaffeġ, Leo fuq il-Volvo kompla din it-taqtiegħa ma’ Caruana sakemm wara 44 minuta,  is-sewwieq tal-Escort ċeda bit-tradizzjoni tkun li jinżel mill-karozza u jiehu b’idejn ir-rebbieħ. Din l-edizzjoni tas-sena 2016 intrebħet minn Leo Butler fuq Volvo.

    L-attivitá li jmiss bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross mistennija ssir, nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar,  u tibda fil-11.00am. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq is-sit elettroniku tal-Assċcjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.

    Wieħed jista jagħmel ukoll kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0