Il-President tal-Kummissjoni Juncker ma jaqbilx ma' Simon Busuttil

  • Jan 11, 2017 17:00
  • Miktub minn iNews

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li huwa ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, meta tal-aħħar qal li huwa kien jistenna li l-Kummissjoni Ewropea titkellem dwar il-każ tal-Panama.

    Fl-intervent tiegħu fil-Parlament Malti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-poplu huwa diżappuntat għal fatt li l-Kummissjoni Ewropea mhix titkellem dwar il-każ tal-Panama Papers. “Hija aċċettabbli li xi Ministru jkollu kumpanija fil-Panama? In-nies huma diżappuntati” qal il-Kap tal-Oppożizzjon Simon Busuttil. 

    Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Juncker wieġeb billi qal li huwa ma jaqbilx mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Qal li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq il-politika tagħha, u mhux responsabbli mill-affarijiet legali tal-pajjiżi differenti. 

    Waqt l-intervent tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Juncker tkellem dwar il-konsultazzjoni pubblika li saret permezz tal-pillar of social rights. Żied jgħid li l-aktar ħaġa importanti hija illum kulħadd huwa kuntent li Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea.

    Intant, waqt is-seduta li kienet ippreseduta mill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, għamlu l-intervent tagħhom għadd ta' Membri Parlamentari Maltin miż-żewġ naħat tal-Kamra fejn tkellmu dwar diversi temi, foshtom kif l-Unjoni Ewropea għandha tersaq aktar viċin il-popli Ewropej, biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-faqar u biex l-Unjoni Ewropea żomm il-valuri tagħha Ewropej. 

    Saru wkoll interventi minn Membri tal-Kummissjoni li tkellmu fost l-oħrajn dwar kif din il-Presidenza se twassal biex jitneħħew ir-roaming charges. 

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0