"Aħna nemmnu fis-solidarjetà mhux meta nigu bżonnha biss"

  • Jan 11, 2017 17:30
  • Miktub minn Jake Azzoaprdi

    F’konferenza stampa li Junker indirizza ġewwa Kastilja flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, huwa qal li qed jara li l-Gvern Malti huwa mħejji tajjeb għall-Presidenza. It-temi li Malta qed tagħtihom priorità saru bi qbil mal-Kummissjoni u jidher li l-Gvern Malti u l-Kummissjoni qed iħarsu fl-istess direzzjoni fuq ħafna suġġetti partikolarment il-migrazzjoni.

    Il-Prim Ministru Muscat qal li l-migrazzjoni hija fil-quċċata tal-aġenda Maltija u jistenna li fi żmien qasir nibdew naraw riżultati l-aktar fil-kontroll tal-fruntieri, kemm tal-art kif ukoll tal-baħar. Huwa sostna li Malta se tibqa' promutur ewlieni ta' qsim tar-responsabbiltà minkejja li fil-preżent mhix l-aktar pajjiż taħt pressjoni. "Aħna nemmnu fis-solidarjetà mhux meta nigu bżonnha biss,” qal Joseph Muscat.

    Dwar l-istess tema, il-Prim Ministru qal li xorta waħda jeħtieġ li jingħata widen għall-argument ta' dawk il-pajjiżi li qed isabbtu saqajhom dwar qsim tar-responsabbiltà fil-migrazzjoni. Fil-fehma tiegħu l-ewwel pass li jrid isir huwa li jkollna assigurazzjoni li l-kontroll tal-fruntieri f'kull rokna tal-UE u proċess ugwali tal-applikazzjonijiet għall-asil. Fil-fatt il-konsolidament tal-proċess tal-applikazzjonijiet tal-asil hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Maltija fil-qasam tal-affarijiet interni.

    Mhix il-migrazzjoni biss fuq l-aġenda tal-Presidenza. Il-Prim Ministru qal li huwa kunfidenti li matul il-Presidenza Maltija li tibda llum, l-UE se tkun imxiet 'il quddiem fit-tfassil ta' politika dwar il-geoblocking, biex dan jitneħħa u t-twelid fil-prattika ta' suq uniku diġitali.

    Il-Prim Ministru assigura li l-Presidenza Maltija se tagħti prijorità lill-aspett soċjali tal-proġett Ewropew, aspett li fi kliemu twarrab fl-aħħar snin.

    Intant, Juncker faħħar l-enfasi Maltija fuq id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u qal li din l-attitudni tinħass fuq it-temi kollha.

    Mistoqsi dwar il-vot li bih ir-Renju Unit se jkun qed joħroġ mill-Unjoni Ewropea, Joseph Muscat qal li hu konvint li s-27 membru tal-UE se jżommu pożizzjoni komuni. Reġa’ tenna li n-negozjati se jkunu jixbħu li dawk li l-UE kellha mal-Grecja, hekk kif huwa tal-fehma li fl-aħħar mill-aħħar hemm deċiżjoni politika x’tittieħed.

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0