Raġunijiet għaliex għandek tfittex tixtri mill-istock limitat ta’ karozzi Opel issa

  • Jan 11, 2017 18:00
  • Miktub minn iNews

    Il-marka Opel, irrappreżentata f’Malta minn Motors Inc. Ltd, ilha mwaqqfa mill-1862 u hemm raġunijiet b’saħħithom għala l-marka hekk magħrufa għadħa fuq saqajha. Irrispettivament mill-mudell, is-sena, l-għamla u d-daqs, il-marka Opel dejjem għaddiet mill-ogħla testijiet taż-żminijiet grazzi għall-preċiżjoni Ġermaniża li hija magħmula biha kif ukoll id-dehra li ma timxix mal-moda u għaldasqstant dejjem issir mudell klassiku fil-kategorija tagħha.

    Sena ġdida dejjem iġġib magħha tamiet ġodda għal bidu ġdid, b’riżoluzzjonijiet ġodda u investimenti li, f’dan il-każ, jagħtu lil dak li jkun serħan tal-moħħ u sewqan mingħajr tfixkil, inkluż servizz u sigurta’ għal tul ta’ snin. Għal din ir-raġuni, Motors Inc. Ltd qed toffri skonti kbar ta’ darba fuq stock limitat bażikament fuq l-erba’ karozzi li jimxu l-iktar:  : Corsa (minn €14,800 għal €11,800), Adam (minn €14,400 għal €13,300), Astra (minn €19,950 għal €16,250) u Mokka (minn €22,350 għal €19,000).

    Għaldaqstant, il-valur esklussiv fuq il-flus huwa l-ewwel u l-aqwa raġuni għalfejn għandek tieħu deċiżjoni immedjata biex tixtri karozza Opel Ġdida fl’2017 u tiffranka eluf to ewro.

    It-tliet punti ewlenin li l-Opel toffrilek li tikkunsidra huma dawn:

    Magni ekonomiċi iżda b’saħħithom li jiggarantixxu sewqan komdu u professjonali

    Il-magni Ġermaniżi Opel għandhom is-saħħa li ġeneralment tfittexirrispettivament minn fejn u kif tuża l-karozza. Barra li ma jaħlux, il-magni Opel jiggarantixxu l-inqas emissjonijiet tas- CO2 f’kull kategorija

    L-aċċessorji standard qegħdin kważi kollha fuq il-lista ta’ dak li wieħed jixtieq li jkollu bħala parti mill-karozza

    Il-lista ta’ tagħmir standard fuq il-maġġoranza tal-mudelli Opel timmpressjonak, b’mod partikolari il-miżuri ta’ sikurezza, is-sistemi ta’ infotainment, u d-dettalji żgħar li jrendu s-sewqan naturali u pjaċevoli.

    Prezzijiet kompetittivi

    Irrispettivament mill-offerta limitata ta’ Motors Inc., l-Opel dejjem hija minn ta’ quddiem nett bħala waħda mill-aqwa marki tal-karozzi u li toffri prezzijiet iktar kompetittivi. Fil-prattika, il-flus fil-brand tal-Opel huma investiti fir-riċerka u t-teknoloġija u s-suċċess huwa magħruf grazzi għar-reputazzjoni soda u kredibbilta’ tal-marka.

    Żur ix-showroom tal-Opel illum biex tiskopri offerti fantastiċi oħra u tipprova l-karozza li tixtieq qalbek. Ix-showroom qiegħed fi Triq l-Imdina, Ħal-Qormi. Tista’ żżur il-websajt opel.com.mt; il-Facebook OpelmaltaMI; tibgħat email fuq opelsales@motorsinc.com.mt, jew iċċempel 22692122.

    Termini u kundizzjonijiet japplikaw

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook