FA Trophy: Hamrun Spartans jgħaddu għar-raba’ round

  • Jan 11, 2017 21:29
  • Miktub minn iNews

    Nadur Youngsters ……….0

    Hamrun Spartans ………..2 

    F’logħba li ntlagħbet fil-Gozo Stadium, Hamrun Spartans irnexxielhom jikkwalifikaw għar-raba’ round tal-FA Trophy meta għelbu lil Nadur Youngsters bl-iskor ta’ 2-0 biex issa jaffrontaw lil Mqabba.

    Kienu Nadur Youngsters li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta free-kick ta’ Claudio Antunes għadda ftit barra mil-lasti tal-goalkeeper tal-Ispartans, David Cassar, li kien qed jirritorna wara li rkupra minn injury. Hamrun  wieġbu fid-19-il minuta b’xutt bid-dawra ta’ Massimiliano Giusti, li iżda ntemm barra.

    It-team immexxi mill-coach Jacques Scerri, kompla fuq l-offensiva u iktar ma beda jgħaddi l-ħin, iktar bdiet toħroġ fid-deher is-superjorità tattika tiegħu u fit-23 minuta, freekick ta’ Jake Grech, ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper Għawdxi, Mark Grima. Il-Youngsters irrispondew, fl-40 minuta, permezz ta’ xutt mill-isbaħ ta’ Milos Stojanovic li sab lil Cassar attent biex wettaq save spettakolari.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima l-Ispartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari u wara biss erba’ minuti fetħu l-iskor meta freekick tal-captain LUKE GRECH ġie devjat għal ġewwa. Iżda Nadur  ma dehrux imxekkla minn dan il-goal u komplew iżommu l-pass mal-avversarji tagħhom u fl-54 minuta xutt fil-baxx ta’ Milos Stojanovic għadda ftit barra.

    L-Għawdxin komplew jattakkaw u ħames minuti wara, xutt ta’ Charles Hili għadda għoli, biex fit-62 minuta, xutt ta’ Claudio Antunes ġie milqugħ tajjeb minn Cassar. L-Ispartans reġgħu bdew juru ċertu ritmu tajjeb u fit-80 minuta, xutt mill-viċin ta’ Massimiliano Giusti ġie milqugħ tajjeb minn Mark Grima.

    Tliet minuti wara l-istess Massimiliano Giusti ħarab tajjeb qabel ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi mdawwar f’corner minn Grima. Iżda fil-ħin miżjud, Hamrun Spartans issiġillaw ir-rebħa meta f’kontrattakk veloċi, JAKE GRECH avvanza tajjeb u tefa’ l-ballun fix-xibka.

     

    Nadur Y.: 1-Mark Grima, 13-Josef Buttigieg, 5-Darko Stojanovic, 8-Charles Hili, 18-Ronaldo Da Silva, 19-Saviour Attard, 21-Samuel Muscat (10-Joseph Grima 71), 22-Milos Stojanovic, 9-Claudio Antunes, 20-Dewide Dos Santos, 16-Michael Zerafa (6-Christian Debono 80) Coach: Roland Sollars

    Hamrun S.: 1-David Cassar, 99-Saturday Nanapere, 2-Philip Chircop, 15-Luke Sciberras, 27-Jorge Mesqueu Neto, 95-Massimiliano Giusti (16-Trevor Cilia 86), 6-Luke Grech, 32-Manolito Micallef, 10-Jake Grech, 5-Luis Miguel Vergara Rodriguez, 17-Patrick Jean Teixeira Maia (9-Jean Pierre Mifsud Triganza 74) Coach: Jacques Scerri

    Referee: Glen Tonna

    Ass. Referees:  Peter Abela, Roberto Vella

    Raba’ Uffiċjal:  Mario Apap

    Skorers: J. Grech, 49,  90 (HS)

    Ammoniti:  M. Zerafa (NY), L. M. Vergara Rodriguez, M. Micallef (H)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0