“Nistgħu nitkellmu fuq multikulturaliżmu mingħajr ma naqgħu għal mibegħda”

  • Jan 12, 2017 09:31
  • Miktub minn iNews

    Nammetti li jien irrabjata għar-razziżmu.  Imma ir-rabja tiegħi mhix riflessjoni  ta' kif jien inħossni lejn il-pajjiż li qed ngħix fih l-Isvezja.  Hi riflessjoni ta kif jien inħossni fuq mentalità li għandhom ċerti gruppi ta' persuni.  Mentalità li tnaqqas u tkasbar l-umanità ta' persuni oħra ibbażata biss fuq l-apparenza jew l-oriġini tagħhom. Madankollu ma nistgħux ninjoraw il-fatt li llum żdied ir-razziżmu minħabba politika tal-lemin estrem.

    L-Isvezja, bħala parti mill-Ewropa,  qed tiffaċċja iż-żieda fil-politika tal-lemin estrem,  li qed tagħfas fuq il-mibegħda minħabba l-kriżi marbuta mal-immigrazzjoni.

    Li jinstab bilanċ bejn soċjetà miftuħa u li tilqa' l-immigranti u l-kultura diversa tagħhom tista' tkun sfida. Biss din tista' ssir mingħajr ma tinżergħa l-mibegħda.

    Il-problema dwar konversazzjonijiet dwar razza hi dik li dwn inħatfu għal gwadann politiku.  Il-politika tal-lemin estrem qabdet l-art billi għafset fuq it-tħassib ġenwin li ċ-ċittadini jista' jkollhom  fejn jirrigwardaw ir-refuġjati. Dawn qed idawwru dan it-tħassib f'enerġija negattiva u li mbagaħd tispiċċa f'mibegħda.  Għalhekk qed nispiċċaw biċ-ċittadini qed jispiċċaw jieħdu pożizzjoni fuq ir-razza minflok  jifhmu l-komplessità li ġġib magġha żieda fl-immigrazzjoni. 

    Imma kif turi l-istorja, jekk nisimgħu u nieħdu r-retorika politka b'mod litterali, l-affarijiet ma jispiċċawx tajjeb. Dan għax il-politikanti jużaw pożizzjonijiet estremi biex  jolqtu l-emozzjonijiet tagħna u b'hekk jieħdu l-voti tagħna. Il-politiċi tal-lemin estrem qed jisfruttaw il-vulnerabbilitajiet tan0-nies u qed jibdluhom f'rabja u mibegħda. Qed joffru l-immigranti bħala l-ħrief tas-sagrifiċċju biex jirbħu l-popolarità.

    Il-polarizazzjoni politika fuq l-immigrazzjoni fetħet it-triq għal politika li tiġbed l-attenzjoni u din qed tagħmilha diffiċli biex politikanti tax-xellug jitkellmu  b'mod oġġettiv fuq l-isfida li joħorġu minn żieda fl-immigrazzjoni. Fl-istess ħin, politikanti tal-lemin estrem qed  idaħħlu l-mibegħda u jikkonvinċu lil dawk li jappoġġjawhom li l-isfidi relatati mal-immigrazzjoni ma jistgħux ikunu indirizzati jekk mhux billi jkun hemm mibegħda lejn refuġjati u barranin.

    Imma l-verità hi li nistgħu nitkellmu u nindirizzaw l-isfida b'mod oġġettiv li joħorġu mill-multikulturaliżmu mingħajr ma ndaħħlu l-mibegħda.  Is-soċjetà Ewropea,  li hi rikka fl-istorja fejn tidħol il-ġlieda għal soċjetà miftuħa u d-demokrazija, qed tiġi imbuttata  lejn it-tkissier tal-valuri tagħha u dan minħabba r-regħba tal-politika tal-lemin estrem.

    Mhux biżżejjed li nitkellemu fuq kif in-nies jobogħdu u ma nitkellmu fuq kif dawn iħobbu.  L-inċidenti ta' mibegħda razzjali li  jien iltqajt magħhom,  jindifnu totalment  ħdejn il-baħar ta' mħabba li jien ngħum fih kuljum. Għalija li nikteb b'mod qawwi kontra dak li hu ħażin u ma nagħmilx l-istess għal dak li hu tajjeb u li jien esperjenzajtu, ikun ifisser li b'mod għami inkun qed nikkontribwixxi għan-negattività u dan jista' jintuża biex tingħata reprezentazzoni diżonesta tal-valuri Svediżi.  Dawn huma l-valuri li lili għamluli ħajti ferm u ferm aħjar, differenti, u li għalihom qed ngħix. Jien grata lejn dan.

    L-ewwel mistoqsija li normalment jistaqsuni nies li nkunu għadni kif qed niltaqa' magħhom hi dwar minn fejn jien.  Jien ngħidilhom li minn Soderhamn, allavolja jien konxja li huma jkunu qed jistaqsu dwar pajjiżi. Huma jkunu jridu jkunu jafu minn  liema pajjiż ġejja. Jien ngħid li jien minn Soderhamn u dan għax id-dar jew il-pajjiż tiegħek mhux neċessarjament dak ta' fejn twelidt.  Għalija, id-dar jew pajjiżi hu l-post fejn jien inħossni libera li nmur fejn nixtieq.  Dan hu l-post fejn jien nitħalla nikkritika, nikkontribwixxi u ngawdi l-libertà tal-espressjoni.   Id-dar jew pajjiżi hu dak fejn nista' nikteb artiklu, nikkritika u xorta nkun nista' nkompli b'ħajti mingħajr  ma nibża li l-Pulizija se jiġbruni fis-satra tal-lejl.

    F'Soderhamn, jien rajt in-naħa kerha tar-razziżmu, imma esperjenzajt ukoll il-qawwa tal-imħabba.  Jien tgħallimt xi tfisser tkun id-dar. Għalija, id-dar hi l-Isvezja u qalbi qiegħda hawn. Dan is-sentiment ta' mħabba u li tkun maħbuba, m'għandux jitħalla jinsteraq mill-politika tal-lemin estrem. 

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Jan 12, 2017

    Ghax zejjed kollu zejjed. Mhux gruppi imma 90% ta Poplu kontra dan abbuz

    Irrispondi
  •  

Facebook