Bil-filmat: Mistoqsija u tweġiba mal-Prim Ministru

  • Jan 12, 2017 10:56
  • Miktub minn iNews

    11:25 - Tmiem ta' din il-konferenza

    11:22 - "Il-ftehim mat-Turkija tellef il-mudell kummerċjali tat-traffikanti. Għalhekk nemmen li għandna nfittxu azzjoni simili fir-rigward tal-Libja biex jintbagħat l-istess messaġġ lit-traffikanti fir-rotta taċ-ċentru tal-Mediterran."

    11:15 - "Naħseb li fix-xhur u s-snin li ġejjin se naraw restrizzjonijiet fuq l-abbużi mill-moviment ħieles. Se naraw restrizzjonijiet fuq dawk li jistadu għas-servizzi soċjali. Se naraw limiti fuq min ma jridx jikkontribwixxi lill-pajjiż li jidħol fih iżda li jagħżel pajjiż minflok ieħor għax jaqbel lilu finanzjarjament. Dik mhix restrizzjoni fuq il-moviment ħieles imma fuq l-abbuż."

    11:11 - "Il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jkun involut direttament fit-taħditiet dwar Brexit billi jinżamm infurmat. Naf li mhux kulħadd jaqbel ma' dan l-argument. Tajjeb kemm jista' jkun tajjeb il-ftehim li jintlaħaq mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill, l-approvazzjoni tal-Parlament hija neċessarja. B'mod partikolari jekk irridu nagħtu kas is-sinjal mibgħut mill-poplu Brittaniku fir-riżultat tar-referendum."

    11:06 - "Ma nemminx ħafna fl-intervenzjoni tal-Gvern fl-ekonomija jew fuq regolamentazzjoni eċċessiva tas-suq. Imma nemmen fl-ekwità. Inħoss li l-Ewropa għadha tbati mill-kriżi li daħlet fiha għaxar snin ilu u għadna naraw diskrepanzi kbar fid-dħul tan-nies. It-tort huwa tal-gvernijiet Ewropej. F'Malta ftaħna għall-investiment tal-privat u dan wassal għal tkabbir ekonomiku bla preċedent u ġab miegħu ħafna xogħol."

    11:03 - "Kelli ministru minn tiegħi li kien ddikjara li kellu kumpanija fil-Panama. Il-Ministru tneħħielu l-portafoll u ssuġġetta lilu nnifsu għal audit tat-taxxa li qed nistennew l-eżitu tiegħu b'mod iminenti. Sadattant introduċejna numru ta' miżuri kontra l-korruzzjoni inkluż liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi."

    10:59 - "Bħalissa hemm manuvri militari mir-Russi fl-ibħra Libjani. Għandna rapporti quddiemna ta' laqgħat bejn uffiċjali Russi u l-Ġeneral Khalifa Haftar. Jeħtieg li l-Ewropa taġixxi issa."

    10:57 - "Fir-rebbiegħa se jerġa' jkollna kriżi ta' nies li jridu jidħlu fl-Ewropa. Għalhekk irridu naġixxu issa u mhux nistennew sa' April jew Mejju. Għandna bżonn sinjal politiku mill-UE li hija lesta li taħdem mill-qrib mal-Libja. Diġà ftehim li ilu minn żmien Gaddafi u jeħtieg li nipprattikawh l-aktar dwar kontroll tal-fruntieri. Barra minn hekk għandna bżonn nassistu lill-Gvern Taljan anke loġistikament."

    10:55 - "Michel Barnier, in-negozjatur ewlieni għat-taħditiet dwar Brexit, għandu pjan ċar ta' fejn irridu nasslu. Huwa kruċjali li naraw liema huma l-istituzzjonijiet li jiggvernaw matul il-perjodu ta' transizzjoni. Nemmen li għal ġid ta' kulħadd, għandhom ikunu l-istituzzjonijiet Ewropej li jiggvernaw fil-perjodu tranżitorju, u mhux dawk Brittaniċi."

    10:48 - "L-operat tal-istituzzjonijiet mhuwiex jissodisfa l-ħtiġijiet kollha taċ-ċittadini. Il-popli Ewropej jinħassu maqtugħin minn Brussell u neħtieġu rispons ġenwin u effettiv biex innibtu mill-ġdid il-fiduċja fil-proġett Ewropew"

    Ritratti u filmati: Roger Azzopardi

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook