Banif jagħmel donazzjoni lill-Iscouts taż-Żejtun

  • Mar 15, 2017 11:36
  • Miktub minn iNews

    Banif Bank għamel donazzjoni lill-Grupp tal-Iscouts taż-Żejtun, grupp li jagħmel parti mill-Assoċjazzjoni tal-Iscouts ta’ Malta, u li qed jiċċelebra l-100 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Id-donazzjoni ingħatat waqt attività fiż-Żejtun li fiha ngħaqdu l-gruppi tal-iscouts kollha ta’ Malta u Għawdex.

    Imwaqqaf fl-1917, il-Grupp tal-Iscouts taż-Żejtun hu wieħed mill-aktar antiki ta’ Malta, u jgħodd ’il fuq minn 100 membru. Il-Grupp joffri gwida lil subien u ġuvintur ta’ bejn il-ħamsa u s-sitta u għoxrin sena, u jipprovdi strutturi anke lil dawk li jixtiequ jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità billi jsiru mexxejja huma stess. 

    Il-mexxej tal-Grupp tal-Iscouts taż-Żejtun Jesmond Ferriggi qal: “Iż-żmienijiet inbidlu, iżda l-valuri tal-Grupp tal-Iscouts baqgħu l-istess. Aħna nippruvaw ngħinu lil ġuvintur żgħażagħ jiżviluppaw u jikbru, u nirringrazzjaw minn qalbna lill-Banif Bank tal-appoġġ tiegħu lejn dan il-għan.” Dan jgħodd speċjalment din is-sena fejn l-grupp se jkun qed jimxi mat-talba tal-Moviment tal-Iscouts madwar id-Dinja biex tinħoloq dinja aħjar, u kull donazzjoni li ser tinġabar mill-attivitajiet se tmur għall-Fondazzjoni Richmond. 

    Hu kkonkluda: “Mingħajr ħiliet ta’ tmexxija u spirtu ta’ inizjattiva, iż-żgħażagħ jistgħu jħossuhom mitlufin fid-dinja moderna tal-lum. Aħna nittamaw li nrawmu dawn il-ħiliet minn età ċkejkna biex il-membri tagħna jikbru u jsiru ġuvintur tajbin u b’saħħithom meta jiggradwaw għad-dinja adulta.”

    Il-Banif jemmen fil-qawwa tal-edukazzjoni informali u x-xogħol siewi tal-Moviment tal-Iscouts – pedament eċċellenti biex jitrawwem u jitħeġġeġ l-iżvilupp personali fost ġuvintur żgħażagħ – li fl-aħħar mill-aħħar se jkunu l-mexxejja tal-ġejjieni.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook