L-HSBC UKCC isebbaħ l-inħawi ta’ Pembroke

  • Mar 15, 2017 14:30
  • Miktub minn iNews

    Iktar minn tnax-il membru mit-tim ta’ HSBC UK Contact Centre (UKCC) Malta, minflok użaw il-headsets u l-keyboards tagħhom libsu l-ingwanti u marru Pembroke biex jgħinu fit-tisbiħ u tindif ta’ din il-lokalità. Din kienet l-ewwel attivita’ volontarja minn għadd ta’ inizjattivi ppjanati għall-2017.  

    Il-grupp ta’ volontiera ġabru skart domestiku u industrijali minn madwar l-Australia Hall, biex b’hekk għamlu ż-żona iktar sigura mhux biss għar-residenti u viżitaturi, iżda anki għall-mijiet ta’ studenti li jattendu l-iskejjel fl-inħawi. L-attività ta’ tindif kienet organizzata flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.

    Ix-xogħol volontarju jagħmel parti mill-kultura ta’ HSBC u l-kumpannija għandha programm bl-isem ‘Voluntary Leave Day’, li jippermetti lill-impjegati li minflok ma’ jmorru għax-xogħol normali tagħhom, jaħdmu għall-bidla pożittiva fil-komunità. 

    Fl-2016, il-volontiera minn HSBC UKCC għenu lill-komunità permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet, fosthom lis-servizz Kids In Development tal-Fondazzjoni Richmond, id-Dar tal-Providenza, Dar Sagra Familja, u Europa Donna fost oħrajn.  

    Is-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili, li kien preżenti mal-volontiera ta’ HSBC UKCC matul l-attività ta’ tindif qal: “Hekk kif in-numru ta’ viżitaturi f’Malta qed ikompli jiżdied, l-importanza li naħdmu id f’id biex inżommu l-indafa tkompli tikber. HSBC wera l-impenn tiegħu diversi drabi, anki għaliex darb’oħra konna ħdimna flimkien mal-fergħat ta’ HSBC tat-tramunatana, u issa mal-istaff tal-HSBC UKCC.”

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook