'Ecce Mater Tua' - Kunċert ta' Mużika Sagra

  • Mar 17, 2017 08:50
  • Miktub minn iNews

    Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is-sena l-Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013 (Għawdex) se tkun qiegħda torganizza Kunċert ta’ Mużika Sagra tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

    ‘Ecce Mater Tua’ hi t-tema tal-kunċert tas-sena. Hi mnebbħa mit-tielet kelma ta’ Ġesù fuq is-salib meta kellem lill-Madonna u afdaha b’omm l-umanità kollha. 

    F’dan il-kunċert se jieħu sehem il-kor ‘Santa Ċeċilja’ flimkien mas-St. Cecilia String Quintet u s-solisti residenti Rosabelle Pavia (sopran) u Marthese Borg (mezzo sopran). F’dan il-kunċert se jiġu esegwiti siltiet mużikali ta’ kompożituri diversi fosthom Wolfgang Amadeus Mozart, Antonio Lotti, Gabriel Farrugia u anki Antoine Mercieca. Mercieca hu s-surmast-fundatur u li se jkollu d-direzzjoni mużikali u artistika ta’ dan il-kunċert. 

    Il-kunċert se jsir għada s-Sibt, 18 ta’ Marzu 2017 fil-knisja ta’ San Ġakbu, fi pjazza Indipendenza, it-Tokk, ir-Rabat Għawdex. Kulħadd hu mistieden. 

    Il-Fondazzjoni tixtieq tavża lill-pubbliku ġenerali sabiex jaħseb kmieni għall-post. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0