Titlob lil dawk li joħorġu bil-klieb tagħhom biex joqogħdu attenti li ma jiġrilhomx bħalha!

  • Mar 18, 2017 17:25
  • Miktub minn iNews

    Kelba li kellha biss sentejn mietet wara li, waqt mixja f’xi għelieqi, sabet xi żrieragħ tal-qamħirrun u bla ma ndunat sidtha, kielet minnhom. 

    Joanne Palmer, sidt Saffy, qalet li kienet normali sakemm darba waħda qabdet tirremetti kollox bla waqfien, tant li ħasbuha li kienet ġiet ivvelenata. 

    Meta’ ħaduha għand il-veterinarju qalilhom li se jkollu jopera għax ħass xiħaga iebsa fl-istonku. Irriżulta li l-qamħirrun għaddiet mill-intestini u ħadmet bħala ħakkieka, fejn ċarrtet kollox. 

    Minkejja li ppruvaw jagħmlu l-aħjar li setgħu, ma rnexxielhom isalvawha u mietet ftit tas-sigħat wara. 

    Il-kelba kienet żgħira ħafna,  u sidtha ċerta li iċ-ċokon tagħha kien parti mill-problema. Li kieku kienet kelba ikbar, ma kienx ikollha l-istess effett fuq ġisimha. 

    Joanne tixtieq tgħaddi messaġġ u tagħmel kulma tista’ biex tinforma lin-nies b’dawn il-perikli żgħar u fatali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0