Jitlob biex jindifen ħdejn ommu... “Qatt ma ħsibt li se nkun qed nidfen lil ibni"

  • Mar 18, 2017 19:18
  • Miktub minn iNews

    Maħkum minn marda terminali, Filip Kwansy, oriġinarjament mill-Polonja, jgħix f’Essex, ġabar biżżejjed flus biex ikun jista’ jindifen fl-istess tebut li fih hemm midfuna ommu, biex tkun tista’ tieħu ħsiebu fil-ġenna. 

    Filip qiegħed jgħix fil-London’s Great Ormond Street Children’s Hospital wara li skoprew li għandu juvenile myelomonocytic leukaemia. Il-kanċer mexa’ għall-intestini tiegħu, u issa qiegħed l-isptar jieħu l-mediċina biex tnaqqaslu l-uġigħ fl-aħħar jiem ta’ ħajtu. 

    Ħabib tal-familja qal lill-midja li Filip baqa’ mistagħġeb bil-ġenerożita’ tan-nies, u qal li ma jistgħax jemmen li hawn nies li jimpurtahom daqsekk.

    Missieru jgħid kif Filip iqisu bħala l-anġlu tiegħu li qed jieħu ħsiebu f’din id-dinja, u ommu ser tkun l-anġlu l-ieħor tieħu ħsiebu fid-dinja li jmiss. Għalkemm Filip kien żgħir ħafna meta mietet ommu, missieru qal li kien iħobb imur ħafna ħdejn il-qabar t’ommu u joqgħod ikellimha. 

    Piotr, missier Filip, qal li m’hux kapaċi jieħu lil kulħadd miegħu lura l-Polonja biex jindifen Filip ma’ ommu. B’hekk, is-sieħba ta’ Piotr u t-tfal tiegħu ser ikollhom jibqgħu l-Ingilterra sakemm Piotr u ibnu jmorru l-Polonja. 

    “Qatt ma ħsibt li se nkun qed nidfen lil ibni, ħadd m’għandu jgħaddi minnha din l-esperjenza” 

    Piotr innifsu huwa marid u m’huwiex kapaċi jaħdem u jiġbor il-flus għal familtu, allura l-ġenerożita’ tan-nies apprezzawha lkoll immens. Iżda qal li “Fis-sala tal-isptar fejn qiegħed Filip hemm qanpiena li tindaqq 3 darbiet meta’ xi pazjent ikun rebaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer u jkun sejjer ‘lura d-dar. Filip qatt m’hu se jkollu ċ-ċans idoqqha.” 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0