Bil-filmat: Imut il-leggenda tar-‘rock and roll’ Chuck Berry

  • Mar 19, 2017 08:30
  • Miktub minn iNews

     Imut il-leggenda tar-‘rock and roll’ Charles Edward Anderson Berry, magħruf bħala Chuck Berry.

    Il-leġġenda tar-Rock and roll Chuck Berry miet fl-età ta’ 90 sena.

    L-uffiċjali fir-raħal ta’ St Charles qalu li l-kantant instab inkoxxenti għall-ħabta tas-12.40 p.m. fejn sfortunatament ir-raġel ma’ weriex rispons għall-intervent mediku u kien iddikjarat mejjet madwar siegħa wara.

    Fost il-lista ta’ suċessi li kellu tul is-seba’ deċenji ta’ karriera insibu l-klassiċi ‘Roll over Beethoven’ u ‘Johnny B.Goode’.

    Huwa rċieva il-premju 'Grammy' għall-karriera fl-1984.

    Fost il-ħafna messaġġi ta’ kondoljanza kien hemm dak tal-kantant u kantawtur Huey Lewis li ddeskrivih bħala “Dak li jista’ jitqies bħala l-iktar figura importanti fir-rock and roll… Il-mużika tiegħu se tibqa għal dejjem”.

    Berry twieled f’St Louis, Missouri fl-1926 u beda l-karriera twila tiegħu bil-kanzunetta ‘Maybellene’ fl-1955.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook