Bil-filmat: "Ma nistax nieħu nifs!"... Torbot lil binha ma' puġġaman bħala "penitenza"

  • Mar 19, 2017 12:13
  • Miktub minn iNews

     

    Filmat xokkanti juri il-mument fejn omm żammet lil binha b’mod brutali fejn saħansitra għaddsitlu rasu b’sieqha u rabtitu ma’ puġġaman.

    Il-mara kien innutata tgħaġixxi b’dan il-mod makabru ma binha lbieraħ barra ħanut fil-provinċja ta’ Nonthaburi fit-Tajlandja.

    F’dan il-filmat xokkanti l-omm tidher tilwi lil binha u torbtu filwaqt li dan tal-aħħar li qed ikun maħsub li huwa tifel ta’ ħames snin beda jibki u jwerżaq “Ma nistax nieħu nifs, mhux nieħu nifs”.

    Intqal li t-tifel dam marbut xi ftit minuti sakemm l-omm iddeċidiet li kien ħa l-penitenza meħtieġa.

    Xhieda ta’ dan għaddiet il-filmat lill-awtoritajiet Tajlandiżi li jinsabu għaddejjjin bit-tfittxija għal din il-mara.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook