Żmien il-ful

  • Mar 19, 2017 15:37
  • Miktub minn Josianne Azzopardi

    Bħalissa huwa żmien il-ful u għalhekk iddeċidejt li nikteb xi ħaġa dwar din il-pjanta popolari ħafna. L-ewwel darba li żrajt xi ħaġa, kienet il-fulu, u naħseb li bħali hawn ħafna, għaliex donnha kienet ħaġa mill-aktar normali li l-iskola niżirgħu fulu, biex nitgħallmu kif taħdem in-natura. Jien għalija kienet ħaġa affaxxinanti ferm.

    L-użu tal-ful mill-bniedem hu antik ħafna u saħansitra nstabu evidenzi arkijoloġiċi. Dan ifisser kemm din il-pjanta sempliċi kienet kapaċi tmantni u tgħin lill- bniedem sa mill-qedem.

    Fl-istorja

    Fil-Greċja u f’Ruma tal-qedem, il-ful kien jintuża biex jivvutaw bih. Storja ħelwa li qrajt kienet li darba fi Sqallija ġie żmien ikrah u l-art ma tantx produċiet ikel għan-nies u kien il-ful li żamm in-nies milli jmutu bil-ġuħ. Għalhekk skont it-tradizzjoni, l-Isqallin irringrazjaw bil-qalb lil San Ġużepp u saret tradizzjoni li f’Jum San Ġużepp fuq l-altari, fil-komunitajiet Taljani jpoġġu l-ful. Xi wħud jemmnu li jekk wieħed iġorr fulu, wieħed qatt ma jkun mingħajr l-essenzjali tal-ħajja.

    Il-Pjanta tal-Ful

    Il-Pjanta tal-ful htagħmel parti mill-familja tal-Leguminosae u l-isem botaniku tagħha hu Vicia faba. Ix-xitla tal-ful, hi mimlija weraq imlaħħam, tagħmel il-frott f’miżwed aħdar tawwali u muswaf. Qabel ma tagħti l-frott fix-xahar ta’ Marzu, ix-xitla toħroġ nwar (fjur) abjad.

    Li wieħed ikabbar il-ful hi ħaġa pjuttost sempliċi, iżda żgur ta’ sodisfazzjon kbir. Kull ħamrija tgħodd għall-ful, basta ma tkunx tistgħdar. 

    Iż-żriegħ isir direttmament fil-post.Tista’ jekk trid ixxarrab il-ful lejl qabel, iżda jekk l-art ixxarrabha sew qabel, ma jkunx hemm għalfejn tagħmel dan.

    Meta l-pjanta tinbet, tajjeb li taħsbulha għal kontra l-bebbux. Qatt ma trid tiżra’ l-ful fl-istess post sena wara sena. Il-pjanta parassita msejħa budebbus tattakka l-ful.

    Fl-ikel

    Bħal kull legumi oħra, il-ful huwa għoli fil-fibra u proteini u jipprovdi numru ta’ benefiċċji għas-saħħa. Fih ammonti għolja ta’ minerali, bħal ħadid, fosfru, manjeżju u potassju. Dawn il-minerali għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ġenerali tal-ġisem. Huwa sors kbir ta’vitamina A u Ċ.  Huwa baxx ħafna fil-kaloriji u ma  jgħollix il-kolesterol. B’hekk, huwa ikel li jista’ jgħin biex wieħed iżomm piż tajjeb.

    Qed isir aktar studju fuq il-ful fejn tidħol il-mediċina u s-saħħa. L-antiki kienu jużaw saħansitra l-weraq tax-xitla tal-ful  bħala mediċina. L-imgħolli tal-weraq kien iservi biex jaħsel xi dieħes jew xi musmar. Għall-istonku u l-uġigħ tar-ras, kienu jużaw l-imgħolli tal-fjuri ta’ din il-pjanta.

    Il-ful niexef kien jintuża biex jeqred l-aċidità fl-istonku. Il-ful imnixxef jista’ jinżamm għal tul ta’ żmien għax jibqa’ tajjeb.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook