40 għadma miksura... Faith tmur għand familja ġdida

  • Mar 19, 2017 19:52
  • Miktub minn iNews

    Wieħed mill-agħar każijiet ta’ abbuż fuq it-tfal fl-Amerika. Iċ-ċkejkna li kellha madwar 40 għadma miksura meta kellha biss xahar, reġgħet kienet adottata.

    Dan wara li l-ġenituri ta’ Faith Mason ingħataw sentenza ta’ ħabs wara l-abbuż tal-biżgħa li sofriet iċ-ċkejkna.

    L-awtoritajiet qabblu l-ġrieħi taċ-ċkejkna ma’ waqgħa minn binja ta’ żewġ sulari.

    Iċ-ċkejkna għadha qed tirkupra mill-ġrieħi, iżda fortunatament sabet familja ftit tal-jiem ilu.

    Faith ilha tgħix mal-familja adottiva tagħha f’Texas għal dawn l-aħħar 6 xhur, iżda issa ħarġet l-aħbar li din kienet ċertament l-familja l-ġdida tagħha.

    Waqt smigħ tal-każ quddiem l-Qorti ntqal li ċ-ċkejkna kienet għadha qed tiekol permezz ta’ pajp u li idha x-xellugija kien għadha ma fiqitx mija fil-mija.

    L-abbuż tagħha kien żvelat fl-2013 meta ommha ħaditha l-isptar u fost il-ġrieħi kellha idejha, saqajha u għonqha miksurin.

    Omm u missier Faith kienu akkużati b’abbuż ta’ vjolenza fuq iċ-ċkejkna u kienu mogħtija sentenzi ta’ 65 sena u 25 sena ħabs rispettivament.

    Fost l-akkużi miġjuba kontra l-omm intqal li darba minnhom tant refgħatha b’agressività li kisritilha għonqha u kkawżatilha ħsara f’moħħha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0