Sid ta' razzett bi protest kontra l-PA

  • Mar 20, 2017 17:34
  • Miktub minn iNews

    Sid ta' razzett ippreżenta protest ġudizzjarju fejn qed jitlob lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex ma tapprova l-ebda żviluppp li se jaffettwa l-għelieqi li hemm madwar ir-razzett tiegħu.

    Martin Caruana fetaħ dan il-protest kontra l-PA dwar ir-razzett li huwa għandu f'Marsaxlokk. 

    Caruana qal li meta kien tħabbar il-Pjan Lokali fl-2006 huwa kien irreġistra l-interess tiegħu mal-PA. Saħaq li l-PA kienet bagħtitlu bil-miktub li l-interess li tiegħu kien ġie rreġistrat. 

    Fir-rikors, Caruana żied jgħid li fl-2007 kienet saret konsultazzjoni pubblika li damet għaddejja madwar sitt ġimgħat. Filwaqt li saħaq li l-PA kienet sostniet li ma kienet irċeviet l-ebda rappreżentazzjonijiet mingħand il-pubbliku, Caruana qal li riċentament, il-PA ħarġet rapport dwar applikazzjoni ta' żvilupp dwar dan is-sit tal-Marnisi. Dwar din l-applikazzjoni għandha ssir laqgħa tal-PA fil-jiem li ġejjin.   

    F'dan ir-rapport ssemma r-razzett fejn jabita Caruana. Fir-rikors ingħad li fir-ritratti tar-razzett li ġew meħudin u li huma nklużi fir-rapport ta' applikazzjoni, intenzjonalment ma jintweriex fihom ix-xagħri u s-siġar tal-ħarrub u taż-żebbuġ.

    Caruana qal li b'dan l-iżvilupp se jiġu affetwati l-għelieqi li hemm mar-razzett, li fihom għadd ta' annimali. Żied jgħid, fl-istess waqt, bl-imsemmi żvilupp se jinqerdu bosta siġar taż-żebbuġ, tal-palm, ħarrub, tin u lewż. Ingħad li xejn minn dan ma jissemma fir-rapport. 

    Ingħad li dan l-żivlupp propost jikser d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar Habitat u kif ukoll l-avviż legali msejjaħ ”Flora, Fauna and Natural Habitats Regulation”, li naħreġ fis-27 ta' Settembru, 2003.

    Ingħad li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tinjora dan kollu, apparti li qed tonqos milli tipproteġi d-drittijiet ta' Caruana, li kif ingħad fir-rikors, huwa l-aktar persuna milquta bl-iżvilupp propost. 

    Fl-istess waqt ingħad li l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) indikat numru ta' kundizzjonijiet ambjentali li jeħtieġ li jiġu osservati. Madankollu ngħad li ma semma xejn dwar l-allegat kontra tal-liġijiet eżistenti. 

    Għaldaqstant fir-rikors, Caruana talab lill-PA biex bl-ebda mod ma tikser id-Direttiva u r-Regolamenti msemmija u dak kollu li hu applikabbli. 

    Ir-rikors ġie ffirmat minn l-Avukat Tonio Azzopardi. 

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook