Beppe jaqra ittra anonima fil-Parlament li timplika lil Justyne Caruana u l-Grazio Mercieca... jgħid li biex tkun devjata l-attenzjoni

  • Mar 20, 2017 20:45
  • Miktub minn iNews

     Beppe Fenech Adami llejla fil-Parlament qal li intbagħtu għadd ta’ ittra anonimi lil dviersi membri parlamentari u dawn allegatament qed jimplilkaw lis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u lil Maġistrat Grazio Mercieca f’każ ta’ intervent politiku f’investigazzjoni ta’ traffikar ta’ droga f’Għawdex. Beppe Fenech Adami qal li kemm Caruana u anke Mercieca ma kellhomx x’jaqsmu mal-każ u qal li dawn l-ittri huma intiżi minn ċerti individwi biex jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq min hu responsabbli.

    L-ittra tgħid hekk ‘Jien persuna Għawdxija u eks Laburista u anke kont tesserat tal-Partit Laburista. Se intik l-informazzjoni għax il-kuxjenza mhux qed tħallini kwiet u lanqas matul il-lejl ma nkun nista’ norqod.  Se ntik l-informazzjoni fuq il-każ li ġara f’Għawdex fejn żewġ żgħażagħ li inqabdu bid-drogi u żewġ membri ta’ dan il-gvern irnexxielhom ibiddlu l-ewwel verżjoni li kienu taw dawn iż-żewġ żgħażagħ li dawn huma ta’ familji Laburisti kbar.  Din hi l-verita kollha – iż-żewġ membri tal-Gvern irranġaw il-verzjoni ta’ dawk iż-żewġ żgħażagħ u anke iltaqgħu mal-ġenituri tagħhom huma Justyne Caruana u Dr. Grazio Mercieca.’

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    N/A
    Mar 21, 2017

    Aktar tidher intenzjonata biex tiddevja l-attenxjoni minn fuq dahar Beppe Fenech Adami u Simon Busuttil !

    Irrispondi