L-UE trid tagħmel sforz kbir biex tnaqqas l-iżbilanċi nazzjonali u reġjonali fi ħdanha

  • Mar 21, 2017 07:53
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel sforz politiku kbir ta’ konsolidament u telimina l-iżbilanċi reġjonali u nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod biss l-Unjoni tista’ tikseb lura l-enerġija tal-ewwel tletin sena mit-twelid tagħha, qal Dr Sant waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma li se tkun addottata din il-ġimgħa mill-mexxejja Ewropej.

    Dr Sant qal li fl-ewwel tletin sena, l-UE kisbet ħafna mill-għanijiet tagħha, l-aktar dak li tiżgura l-paċi fl-Ewropa tal-Punent permezz ta’ integrazzjoni ekonomika. Fit-tletin sena li ġew wara, l-UE kompliet tikber u trabbi għeruq fil-fond. Dan wassal għal staġnar u paraliżi parzjali. L-istrutturi l-ġodda ta’ għaqda u kontroll li nħolqu wrew li ma setgħux ilaħħqu mal-inkwiet politiku, ekonomiku u demografiku.

    “Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma għandha tagħraf din ir-realta`. L-UE ma tistax tirrepeti r-rettorika li kienet tagħmel sens fl-ewwel tletin sena tat-twaqqif tagħha. Dik ir-rettorika llum ma tagħmilx sens għall-isfidi preżenti u futuri. 

    Internament, il-proġett Ewropew sar jitmexxa minn prinċipji neoliberali. Miljuni ta’ ċittadini fl-UE jħossuhom maqtugħin mill-proġett Ewropew jew iħossuhom ostili lejh. L-aspettattivi tagħhom ta’ aktar sigurta` u livell ta’ għixien aħjar komplew iddgħajfu bl-awsterita` u bil-politika li ma indirizzatx il-prijoritajiet ta’ ħajjithom. Intant, komplew jikbru id-diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-istati membri tal-UE.” saħaq Dr Sant.

    Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma se tagħlaq perjodu ta’ riflessjoni li beda fi Bratislava, f’Settembru tal-2016, eżatt wara r-referendum tar-Renju Unit. Fis-summit tal-Kunsill ta’ Bratislava, il-mexxejja tal-Istati kienu qablu li jniedu riflessjoni politika fuq il-futur tal-UE bejn is-27 stat membru. Il-mexxejja tal-Istati membri mistennija jikkonkludu dan il-proċess ta’ riflessjoni f’Ruma fil-25 ta’ Marzu 2017, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju mit-twaqqif tat-trattat ta’ Ruma.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook