Il-Mixja 2017

  • Apr 11, 2017 12:59
  • Miktub minn iNews

    Fost l-aqwa atturi Maltin fi produzzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

    Għall-ħames sena konsekkuttiva, uħud mill-aqwa atturi ta’ Malta se jingħaqdu f’kast tal-ogħla livell b’għan filabtropiku. Vermiglio Theatre Productions hija wara din ir-rapreżentazzjoni li se titella’ fil-ġonna ta’ madwar il-Palazz tal-Verdala fil-Buskett u li se tkun esperjenza unika u interattiva għal dawk kollha li jagħżlu li jattendu. Il-ġonna ta’ madwar il-palazz se jiġu mibdula fit-toroq ta’ Ġerusalemm f’dak il-lejl storiku u l-udjenza nnifisha ser isir parti mportanti minn dak kollu li jkun qed iseħħ. Minbarra il-post li għall-ewwel darba se jilqa’ produzzjoni ta’ dan it-tip, l-iskript bl-isem “Agnus Dei” huwa wieħed ġdid u għalhekk dawk il-raw xi edizzjoni f’dawn l-aħħar snin se jkunu qegħdin jesperjenzaw produzzjoni ġdida għal kollox. Il-kast fil-fatt jinkludi ukoll Kor stil Grieg b’korjografija ta’ Michelle Zerafa. 

    L-udjenza se timxi pass pass mal-passjoni ta’ Kristu mill-aħħar ċena sal-Golgota filwaqt li nħawi differenti fil-ġonna se jservu bħala l-isfond għad-diversi xeni li jwasslu din il-ġrajja lill-udjenza bl-iktar mod rejalistiku u personali. Din l-esperjenza drammatizzata tippreżenta l-passjoni ta’ Ġesu Kristu b’mod li l-udjenza tkun tista’ tħoss u tesperjenza dak kollu li ġara dak in-nhar f’Ġerusalemm. “Il-mod kif qed tiġi ppreżentata din l-esperjenza tal-passjoni hija ntenzjonata sabiex iġġiegħel lill-udjenza tħossha daqs li kieku kienet parti mill-folla li kienet preżenti fl-aħħar jumejn tal-ħajja ta’ Ġesú qabel il-qawmien tiegħu mill-mewt. Fil-fatt, propju minħabba dan m’aħniex se nużaw l-ebda forma t’amplifikazzjoni waqt il-mixja.” Qal Alan Fenech li qed jidderieġi dan id-dramm kif ukoll jinterpreta il-parti ta’ Ġesú Kristu.

    Il-kast jinkludi wħud mill-aqwa atturi ta’ Malta li huma magħrufa sew ma’ dawk kollha li għandhom għall-qalbhom id-drama fit-tejatri u l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin. Fil-partijiet ewlenin insibu lil Alan Fenech fil-parti ta’ Ġesú, Mario Micallef bħala n-Narratur, Michael Sciortino bħala Pietru, Michelle Zerafa fil-parti ta’ Marija ta’ Magdala, Moira Muscat fil-parti tal-Madonna, Manuel Cassar fil-parti ta’ Ġużeppi minn Arimateja, Joe Pace fil-parti ta’ Ponzju Pilatu, Renato Dimech fil-parti ta’ Ġakbu, Mark Mifsud fil-parti ta’ Ġwanni, Andy Catania fil-parti ta’ Ġuda, Dominic Said bħala Itamar, Marco Grech fil-parti ta’ Natanjel, Ivan Debattista u Manuel Cutajar fil-parti ta’ Erodi, Aaron Fenech fil-parti ta’ Nikodemu, Simone Debattista fil-parti ta’ Leah, Lydia Portelli bħala Erodija, Tony Fenech fil-parti ta’ Kajfa, Silvio Axisa fil-parti ta’ Annas, Matthew Balzan fil-parti ta’ Barabba fost l-oħrjan. Il-produzzjoni hija f’idejn Vermiglio Theatre Productions bil-kollaborazzjoni tal-Isptar Monte Carmeli filwaqt li Rayfonz Borg u Zep Camilleri, se jieħdu ħsieb il-parti loġistika tal-produzzjoni. Marco Bartolo huwa l-istage manager tal-produzzjoni, il-kostumi huma f’idejn Dorothy Ebejer filwaqt li l-irtokk huwa f’idejn Redeemer Casha. “Kast t’atturi ta’ din il-kwalita’ huwa garanzija ta’ produzzjoni tal-ogħla livell. L-udjenza se jkollha l-okkażjoni li tara lill-artisti favoriti tagħhom filwaqt li jkunu qegħdin jaħdmu fil-viċin u dan jkompli jżid mal-atmosfera ġa unika grazzi anki għall-kostumi u l-post innifsu” sostniet Michelle Zerafa waħda mill-produtturi kif ukoll korjografa tal-Mixja.

    “Il-Mixja” ser ssir illum it-Tlieta 11 t’ April, għada l-Erbgħa 12 t’April u l-Ħamis 13 t’April fis-7:30pm. 

    Il-biljetti jiswew €10 biss (tfal taħt it-tnax –il sena jidħlu b’xejn) bil-qliegħ kollu jmur b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Sabiex tiġi ggarantita l-aqwa esperjenza għal dawk li jattendu, il-biljetti huma limitati u għalhekk booking minn qabel huwa rikmandat. Wieħed jista’ wkoll jagħti donazzjoni billi jżur is-sit www.zaar.com.mt. 

    Għal iktar informazzjoni jew biex tirriżervaw postijiet fl-udjenza ċemplu fuq 79918578 jew 21220665 jew ibgħatu email fuq ilmixja@gmail.com jew messaġġ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook Il-Mixja 2017. Wieħed jista’ jżur ukoll is-sit eletroniku uffiċjali www.ilmixja.com  u jibbukja online. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook