Wirja t'arti mill-artist Vince Caruana

  • Apr 13, 2017 09:15
  • Miktub minn iNews

    B’forom u kurvi flimkien ma’ paletta ta’ kuluri vivaċi, l-artist kontemporanju Vince Caruana jirritorna għas-sitt esebizzjoni personali tiegħu, intitolataCoordiantes fl-Art e Gallery, fir-Rabat, Għawdex.

    L-isem Coordinates, li jirreferi għall-sett tan-numri wżati sabiex jindikaw il-lokazzjoni eżatta ta’ post (koordinati ġeografiċi), jissuġġerixxi d-diversi lokalitajiet Maltin u Għawdxin li l-artist interpreta viżwalment f’serje ta' pitturi riċenti ta' pajsaġġi lokali f’din il-wirja. 

    Hu jfittex li jingaġġa l-ispettaturi tal-arti permezz tal-qawwa u s-supremazija tal-kulur, id-dawl u l-forom ġeometriċi. Ix-xogħlijiet tiegħu huma ħafna drabi deskritti bħala realistiċi u immaġinattivi fl-istess ħin. Dan għaliex wieħed jista jagħraf b'mod ċar l-elementi tal-pajsaġġ, iżda fl-istess waqt dawn jidhru trasformati f’forom astratti quddiem l-għajn.

    Għal darba oħra, it-teknika li l-artist juża tiżvela pajsaġġi kontemporanji interpretati b'mod pjuttost uniku. Velaturi ta’ pigment trasluċenti spiss jikkrejaw spazji u forom ġeometriċi li joħolqu xbieha mistika minkejja ir-realiżmu sottoli tagħha.

    Il-wirja nfetħet uffiċjalment mill-Onor. Anton Refalo - Ministru għal Għawdex nhar is-Sibt 8 ta ' April 2017. Il-kritiku tal-arti, is-Sur Joe Camilleri għamel l-analiżi tax-xogħlijiet.  Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-5 ta ' Mejju fl-Art e Gallery fir-Rabat, Għawdex. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.vincecaruana.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook