Janice Mangion f'żewġ festivals kbar fil-Lvant tal-Ewropa

  • Apr 14, 2017 10:15
  • Miktub minn iNews

    Janice Mangion, il-kantawtriċi versatili li serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin bl-interpretazzjoni eċċellenti tal-kanzunetta “Kewkba”, fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Scicluna, matul il-Malta Eurovision Song Contest 2017, se ssiefer lejn żewġ destinazzjonajiet internazzjonali biex tikkompeti f’żewġ kompetizzjonijiet mużikali: id-Discovery Fest f'Varna, il-Bulgarija u s-Slaviansky Bazaar ġewwa Vitebsk, il-Belarussja.

    Kantanti Maltin fl-istorja tad-Discovery Fest kienu varji, għaliex Malta dejjem kienet parteċipant regolari f’din il-kompetizzjoni.

    Tul din il-kompetizzjoni, Janice Mangion se tinterpreta żewġ kanzunetti, waħda li diġà ġiet ippubblikata, u oħra li hija kompletament oriġinali u b’hekk qatt ma nstemgħet fil-pubbliku. Id-deċiżjoni kienet li tkanta “Kewkba”, li kklassifikat fit-tieni post tal-Malta Eurovision Song Contest, u “Don’t You Dare”, kanzunetta oriġinali b’mużika ta’ Vladimir Graic u lirika ta’ Emil Calleja Bayliss. Vladimir Graic kien responsabbli għall-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest 2007, “Molitva”. Parteċipanti oħra tad-Discovery Fest fil-passat kienu Mihai Traistariu, Laura Stoica, Luminita Anghel u Alina Eremia. Dan il-festival se jseħħ bejn it-12 u l-14 ta’ Mejju.

    Min-naħa l-oħra, il-parteċipazzjoni tagħha fis-Slavianski Bazaar ma tantx hija xi ħaġa komuni għall-artisti Maltin għax Janice hiija waħda minn ftit li ġiet mogħtija l-opportunità li tirrappreżenta lil Malta fl-aktar kompetizzjoni prestiġjuża fil-Lvant tal-Ewropa. Din il-kompetizzjoni mużikali hija magħrufa għall-bidu tal-karriera ta’ diversi artisti rinomati fosthom Zeljko Joksimovic, il-mikbi Tose Proeski, Donny Montell u Ruslana, apparti li bħala spettaklu jattira diversi ismijiet kbar mid-dinja tal-mużika b’mistiedna speċjali bħal Albano, Alexander Rybak, Blue, Sergey Lazarev u Kostas Martakis. Dan il-festival se jittella' bejn id-9 u s-16 ta’ Lulju. Hemm se tkanta selezzjoni ta’ kanzunetti fosthom “Kewkba”.

    Il-parteċipazzjoni ta’ Janice Mangion f’dawn il-kompetizzjonijiet mużikali ma kinitx tkun possibli mingħajr il-kordinazzjoni bejn Marc Calleja Bayliss, il-maniġer u rappreżentant tar-relazzjoni pubbliċi tal-istess kantanta, u Robert Cefai, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Festivals u l-Artisti, kif ukoll Evelina Batey, ir-rappreżentanta ta’ kompetizzjonijiet kbar ta’ pajjiżi mil-Lvant tal-Ewropa.

    Għal aktar informazzjoni dwar Janice Mangion, wieħed jista' jagħti ħarsa lejn il-paġni tagħha fuq il-midja soċjali www.facebook.comjanice.mangion.official jew www.twitter.com/janimangion.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook