Elvis Tribute Artist lura għal kunċert f’Malta

  • Apr 15, 2017 11:39
  • Miktub minn iNews

    L-artist multi-awarded ta’ Elvis Tribute – Gordon Davis dalwaqt ser jerga jkunu lura f’Malta nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju 2017, fejn ser ikun qed jagħti sagħtejn shah spettaklu.

    Il-fans kollha tal-mibki Elvis Presley zgur li ser ikollhom xalata shiha minn dan il-kunċert live, li ser jiffoka speċifikament fuq il-kanzunetti leggendi li ħalla warajh ir-re Elvis Presley.

    Gordon Davis, huwa artist Malti li mar jgħix l-Ingilterra meta kellu ħamsa u għoxrin sena, fejn anke rebaħ diversi awards fosthom Images of the King World Champion 2012, u huwa wkoll wieħed mill-aqwa tributes ta’ Elvis Presley li hawn madwar id-dinja.

    Il-kunċert li ser ikun qed jigi mtellgħa ġewwa City Theatre, Old Bakery Street, il-Belt Valletta fis-6 ta’ Mejju li ġej, fejn ser iġeddeb memorji ta’ diversi aspettattivi mill-comeback ta’ Elvis lura għas-sena 1968 u live shows mill-kunċerti passati tiegħu inkluż instrumenti, performance u lbies milbus minnu dak iż-żmien.

    Gordon Davis ser ikanta diversi kanzunetti klassiċi ta’ Elvis innifsu fosthom Gave Me A Mountain, Memories, The Wonder of You, Suspicious Minds, Are you Lonesome Tonigħt, Blue Suede Shoes, Can’t Help Falling in Love u ħafna aktar.

    Huwa ser ikun akkumpanjat mill-band tiegħu bl-aqwa mużiċisti professjonali fosthom Cliff Preece, Dan Caney, Ryan Quartermaine, Richard Gibson, Harriet Raybould u Lucy Jones.

    Aktar informazzjoni u għall-biljetti tinkiseb mingħand Ħamrun Kiosk fuq 2124 8989 jew 9949 5648 jew Joe Zammit fuq 9985 9562. 

    Biljetti fuq quddiem nett għall-prezz €20, Biljetti fin-nofs għal €18, Gallarija għal €15.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook