Filmat: Raġel xurban jagħtiha daqqiet bi statwetta... titlef parti mill-memorja

  • Apr 17, 2017 13:41
  • Miktub minn iNews

    F’dan il-filmat xokkanti tidher din l-impjegata ta’ ħanut tax-xorb fir-Russja li spiċċat taqla' diversi daqqiet vjolenti mingħand raġel xurban li ma tħalliex jidħol fl-istess ħanut tax-xorb.

    Dan ir-raġel xurban jidher jagħtiha diversi daqqiet bi statwetta sakemm fortunatament ftit ħin wara intervjena wieħed mill-membri tas-sigurtà.

    Elena Zhukova ttieħdet l-isptar fejn kienet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi f’rasha. Saritilha operazzjoni immedjata u rriżulta li minkejja li qalbet għall-aħjar xorta kienet tilfet parti mill-memorja.

    Il-pulizija qed jinvestigaw dan il-każ, għalkemm f’dan l-istadju mhijiex ċara r-raġuni għalfejn dan ir-raġel xurban infexx f’din l-impjegata.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook