5 persuni mejta wara li ġġarraf ajruplan żgħir fil-Portugal

  • Apr 17, 2017 21:22
  • Miktub minn iNews

    Ħames persuni mietu wara li ajruplan żgħir iġġarraf f’carpark ta’ supermarket viċin Lisbona fil-Portugal.

    Erba’ membri tal-ekwipaġġ mietu kif ukoll raġel li kien jinsab fil-carpark.

    Jidher li l-ajruplan sploda fl-ajru xi mumenti qabel iġġarraf f’żona madwar 150m ‘il bogħod minn skola.

    L-ajruplan waqa’ fuq trakk li kien qed iħott xi affarijiet, b’dan tal-aħħar jieħu n-nar u jħalli lix-xufier Portugiż mejjet.

    L-ismijiet tal-vittmi għadhom ma kienux żvelat filwaqt li erba’ persuni kellhom jirċievu assistenza medika minħabba xokk u xi duħħan li belgħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook