“L-ISIS u Al-Qaeda se jingħaqdu fi grupp terroristiku wieħed”

  • Apr 18, 2017 17:01
  • Miktub minn iNews

    L-Istat Iżlamiku u l-Al-Qaeda jinsabu f'taħditiet biex jingħaqdu fi grupp wieħed terroristiku. Dan kien żvelat f'intervista mill-Viċi President Iraqqin Ayad Allawi hekk kif it-truppi Iraqqini qegħdin ikomplu jieħdu aktar kontroll taħt idejhom tal-belt ta' Mosul.

    Huwa mifhum li messaġġieri li jirrappreżentaw lill-mexxej tal-ISI Abu Bakr al Baghdadi u l-mexxej tal-Al-Qaeda, Ayman al Zawahiri, diġà ddiskutew din il-possibbiltà. Fil-fatt aktar kmieni dan ix-xahar kien irrapportat li ż-żewġ gruppi terroristiċi diġà kienu ffurmaw sħubija fil-Libja, u mistennijin li jaħdmu flimkien bħala organizzazzjoni waħda sal-2021.

    L-Istat Iżlamiku kien inqata' mill-Al-Qaeda fl-2014, u minn dak iż-żmien ’l hawn iż-żewġ gruppi terroristiċi spiċċaw rivali ta' xulxin fit-tfittxija għal rekluti ġodda.

    Allawi qal li f'dan l-istadju għadu mhux magħruf kif iż-żewġ gruppi jistgħu jaħdmu f'sinerġija ma' xulxin, madankollu dan ma jkunx każ iżolat fil-Lvant Nofsani u l-Afrika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook