“Ommi qiegħda fil-friża” … Joqtol lil ommu għax ma riedx imur l-iskola!

  • Apr 18, 2017 17:56
  • Miktub minn iNews

    Raġel mill-Hawaii li ġie arrestat wara l-fdalijiet ta' ommu nstabu fil-friża fl-appartament tiegħu qal lill-pulizija li “tinsab fil-friġġ” hekk kif waslu għandu.

    Yu Wei Gong, ta' 26 sena, nhar il-Ħadd li għadda ġie mixli bil-qtil ta' ommu, Liu Yun Gong. Il-fdalijiet tagħha nstabu merfugħin f'seba' boroż tal-plastik fl-appartament tiegħu f'Honolulu.

    Qed ikun rapportat li Gong ammetta mal-pulizija li qatilha b'mod aċċidentali wara li nħakem minn rabja kbira hekk kif ma riedx imur l-iskola. Jidher li huwa qatilha f'Settembru li għadda.

    L-awtoritajiet iddeterminaw li l-mara kienet mietet minn daqqiet vjolenti f'rasha. Gong ripetutament saħaq li dak li seħħ kien b'mod aċċidentali u ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li joqtolha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0