Bażi militari Russa fl-Artiku żvelata b'‘tour’ virtwali

  • Apr 18, 2017 21:10
  • Miktub minn iNews

    Viżitaturi fil-websajt tal-Ministeru tad-Difiża Russu jista' jagħmel ‘tour’ virtwali f'bażi militari ġdida Russa fir-reġjun remot tal-Artiku. Dan il-pass jikkuntrasta bil-kbir mas-solita segretezza mħaddna mill-militar Russu. 

    Il-President Russu Vladimir Putin żar din il-bażi matul ix-xahar li għadda. Il-bażi hija mibnija fuq pilastri li jgħinu biex tilqa' għall-kesħa tremenda li tolqot liż-żona, li saħansitra taf tilħaq l-40 Grad taħt iż-żero. B'kollox f'din il-bażi se jkunu stazzjonati mal-150 uffiċjal b'perjodi ta' sena u nofs kull wieħed.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook