Ir-Russja ttajjar żewġ ajruplani nukleari fuq l-Istati Uniti

  • Apr 19, 2017 07:37
  • Miktub minn iNews

    L-Istati Uniti kellha tirrikorri għal ajruplani militari biex twissi lil żewġ ajruplani bumbardieri tar-Russja li kienu qegħdin jittajru ’l barra mill-kosta tal-Alaska. Dan kien l-ewwel inċident simili taħt il-presidenza ta' Donald Trump.

    L-aħħar darba li ajruplani militari Russi kienu ttajru viċin il-kosta tal-Istati Uniti kien fl-4 ta' Lulju tal-2015, meta l-ajruplani kienu ttajru sa 40 mil mill-kosta ta' Mendocino, fl-istat ta' Kalifornja.

    Dakinhar filwaqt li l-ajruplani Russi kienu qegħdin jittajru viċin il-kosta Amerikana, il-President Russu Vladimir Putin kien ċempel lill-eks-President Amerikan Barack Obama biex jagħtih l-awgurju għal Jum l-Indipendenza.

    Din id-darba l-ajruplani militari Russi, deskritti bħala li huma kapaċi jġorru bombi nukleari, waslu sa 100 mil bogħod mill-gżira ta' Kodiak. Kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni biex l-ajruplani militari Amerikani jwissu lir-Russi bil-preżenza tagħhom u skortawhom għal madwar 12-il minuta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0