Malta se tkun irrappreżentata fil-finali tal-cocktails “Bols Around the World” f’Amsterdam

  • Apr 19, 2017 08:46
  • Miktub minn iNews

    Għall-ewwel darba fl-istorja, Malta se tkun irrappreżentata fl-edizzjoni globali finali ta’ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet tal-cocktails magħrufa mad-dinja. Marco Utomo, Senior Mixologist f’The Thirsty Barber, hu l-finalist għall-kompetizzjoni Bols Around The World li se ssir f’Amsterdam f’Mejju li ġej.

    It-tfitxija għall-Pijunier li jmiss tal-Bols Genever bdiet f’Novembru li għadda. Eluf ta’ bartenders minn 75 pajjiż ingħaqdu f’kompetizzjoni u ġew evalwati fuq il-kreattività, l-għarfien, l-istorja, u l-użu prattiku tal-Bols Genever. Wara tliet kompetizzjonijiet elettroniċi li matulhom ġew evalwati minn ġurija magħmula minn tim ta’ esperti internazzjonali, il-kontestanti għaddew għar-raba’ kompetizzjoni, din id-darba ‘live’ f’The Thirsty Barber, Paceville, fil-preżenza tat-trainer magħrufa Malika Saidi mill-Bols Bartending Academy.

    Ħmistax wara, Marco ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ reġjonali, wara li għeleb 300 kontestant ieħor minn pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Italja u l-Ġermanja. Hu se jirrappreżenta lil Malta fl-edizzjoni finali f’Amsterdam.

    BOLS hu impurtat, rreklamat u mqassam f’Malta minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited.

     

    Ritratt: Mix-xellug,Didier Beraud – id-Direttur Kummerċjali ta’ Lucas Bols, Pierre Stafrace – il-Manager Ġenerali ta’ FBIC Ltd, Marco Utomo – Senior Mixologist ta’ The Thirsty Barber u r-rappreżentant ta’ Malta fil-kompetizzjoni globali Bols Around the World li se tittella’ f’Mejju f’Amsterdam, Malika Saidi – trainer magħrufa mill-Bols Bartending Academy u Joseph Biolatto – is-sid tal-Baton Rouge Bar f’Pariġi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0