F'dak deskritt bħala wirja akkumpanjata b'mużika, id-dittatutur tal-Korea ta' Fuq Kim Jong-un jidher jitbissem u jxejjer lil folla preżenti waqt li ra simulazzjoni ta' belt Amerikana tinqered f'attakk nukleari.
Il-Korea ta' Fuq organizzat din is-serata biex tfakkar it-twelid tal-fundatur tal-pajjiż Kim Il-Sung, liema serata ntemmet b'“missili” sparati lejn l-Istati Uniti.
Fil-filmat li ntwera l-missili jidhru jiġu sparati u jittajru lejn l-Istati Uniti fejn eventwalment jisplodu fi blalen ta' nirien kbar.
Il-filmat intemm b'xena tal-bandiera Amerikana maħkuma min-nirien, u ringiela wara ringiela ta' slaleb f'ċimiterju.
Fi Frar li għadda l-Korea ta' Fuq saħqet li kienet wettqet b'suċċess testijiet ta' missila bassilistika ta' distanza medja. Fil-parata militari ta' nhar is-Sibt li għadda kien hemm għall-wiri dawk li jidhru bħal missili ballistiċi interkontinentali ġodda.
Il-Korea ta' Fuq ta' spiss thedded li teqred lill-Istati Uniti u f'perjodu mimli tensjoni fuq il-peniżula Koreana, użat kliem iebes ta' theddid fil-konfront tal-Istati Uniti fejn wissietha bi gwerra nukleari jekk l-Istati Uniti tuża l-militar fil-konfront tagħha.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.