Filmat: Jispiċċa jtir minn fuq il-mutur wara li tefa' ħarstu fuq tfajla li kienet qed tiżżufjetta fil-ġenb tat-triq!

  • Apr 19, 2017 16:58
  • Miktub minn iNews

     

    Dan il-filmat xokkanti miġbud f’waħda mit-toroq tal-Ukrajna juri kif sewwieq ta’ mutur jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif kien involut f’inċident li seta’ swielu ħajtu.

    F’dan il-filmat li fl-aħħar ftit jiem rawh ‘il fuq minn 170,000 persuna tidher din it-tfajla li ddeċidiet li toqgħod tiżfen fil-ġenb ta' din it-triq.

    Fil-bidu tal-filmat jinstema’ ħoss ta’ mutur fil-viċinanzi li wara ftit sekondi, is-sewwieq jilmaħ lil din it-tfajla, jitfa’ ħarstu fuqha u jispiċċa jaħbat ma’ vettura li kienet ġejja minn faċċata.

    Ħafna qed iqisu l-fatt li dan is-sewwieq kulma sofra kien xi ksur bħala miraklu wara li segwew l-impatt vjolenti li kawża tiegħu spiċċa jtir minn fuq il-mutur.

    Ħafna kienu dawk li kkumentaw u fost il-bosta kummenti li spikkaw kien hemm dak ta' persuna li kitbet li mnalla ma kienx għaddej qabel għax jaf kien ikun hu li jispiċċa bil-ksur!

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook