“Oqogħdu attenti lil min tqabbdu bħala fotografu” … Twissija mis-Soċjetà tal-Fotografi Maltija

  • Apr 20, 2017 00:27
  • Miktub minn iNews

    Il-kontroversja marbuta ma' photo shoots ta' tfajliet minuri minn fotografi u persuni oħra wasslet biex is-Soċjetà tal-Fotografija Maltija (MPS) iddisassoċja truħha minn dak li seħħ fl-aħħar jiem fejn żewġ fotografi spiċċaw il-Qorti. Is-Soċjetà tal-Fotograrija Maltija wissiet lill-mudelli biex joqogħdu attenti lil min iqabbdu bħala fotografu. Sadanittant għandna informazzjoni li xi fotografi f'pajjiżna, bil-għan li jħajru minuri jieħdu photoshoots, qed jagħmlu offerti bi prezzijiet redikoli. Fost dawn hemm €7 għal sessjoni ta' ritratti u €15 għal xejn inqas minn sessjoni ta' 50 ritratt.

    Is-soċjetà qaltilna li "aħna bħala s-Soċjetà tal-Fotografija Maltija niddisassoċjaw ruħna minn dawn l-allegati fatti u anki nħeġġu lill-mudelli li joqogħdu attenti lil min iqabbdu bħala fotografu, għax illum saret xi ħaġa komuni li wieħed jew waħda jixtru kamera tar-ritratti u jsiru fotografi profesjonali mingħajr l-ebda jew ftit bażi ta' tagħlim.

    Mistoqsijin dwar jekk hemmx linji gwida għal fotografi għal meta jiġbdu ritratti ta' mudelli, is-Soċjetà tal-Fotografija Maltija qaltilna li “għal membri tagħna kull tant żmien ikollna korsijiet u lectures min fotografi stabbiliti li jagħtu linji gwida ta kif wieħed mistenni li jġib ruħu mal-mudella. Fosthom li tuża etika meta tkellem mudella, ma tmissx lil mudella biex tibdlilha l-poża sakemm mhux bil-kunsens tagħha. Issa x'jagħmel kull fotografu waħdu jew waqt attività mhux tal-MPS dik biċċa tiegħu u mhux tas-Soċjetà. Jekk is-Soċjetà tisma xi ħaġa din għandha kull dritt li tkeċċih għax dan ikun qed jagħmel ħsara lis-Soċjetà barra lilu nnifsu.'

    Is-Soċjetà tal-Fotografija Maltija qaltilna li "minuri dejjem għandhom jiġu trattati ta' li huma u għalhekk trid tiġbed ritratti li jirriflettu l-età tagħhom u mhux tipprova ġġibhom ta' xi 20 sena akbar b’pożi inapproprijati. Dan waqt li dejjem ikun hemm ġenitur jew gwardjan mal-minuri waqt il-ġbid tar-ritratti biex tevita problemi fil-futur. Timtela formola li tispjega sew li l-mudella tat il-kunsens tagħha li jinġibdu r-ritratti u li jistgħu jiġu publikati kif ukoll ikun hemm il-kunsens bil-miktub ta' xi ħadd mill-ġenituri jew gwardjan legali".

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    mhuxissalv
    Apr 20, 2017

    Nahseb li l-problema mhux il-fotografi biss, imma l-bzonn li hafna ghandhom biex jikxfu gisimhom, imbasta jiehdu naqra "likes" fuq is-social media

    Irrispondi