Jitnieda l-Premju Customers' Friend ta’ ICERTIAS f’ Malta

  • Apr 20, 2017 08:25
  • Miktub minn iNews

    L-organizzazzjoni internazzjonali ICERTIAS tistieden il-kumpaniji f’ Malta sabiex japplikaw għall-premju internazzjonali prestiġjuż tal-Customers' Friend. Kumpaniji Maltin li jemmnu li għandhom rapport ta’ kwalita’ għolja u eżemplari mal-klijenti u l-impjegati tagħhom, jistgħu jinnominaw ruhhom għal dan il-premju.

    Il-premju tal-Customers' Friend ġie introdott fis-suq Ewropew fl-2014. L-ICERTIAS Customers’ Friend ifittex li jiġbor fil-programm kumpaniji u organizzazzjonijiet li jimplimentaw u jinkoraġġixxu attitudni ġusta u professjonali fis-suq, komunikazzjoni pjaċevoli u professjonali mal-klijenti tagħhom, li jjoffru appoġġ tal-klijent eċċellenti, u li jinfluwenzaw il-komunità soċjali fit-territorju li joperaw fih b'mod pożittiv.

    L-għan tal-programm internazzjonali ICERTIAS Customers’ Friend huwa li jippromwovi u jinkoraġġixxi relazzjonijiet ta’ kwalità.bejn il-kumpaniji mexxejja u l-klijenti, l-impjegati u l-imsieħba tan-negozju tagħhom. 

    Kumpaniji u organizzazzjonijiet li huma interessati li jingħaqdu mal-programm ta’ ċertifikazzjoni tal-ICERTIAS Customers' Friend jgħaddu minn eżami bir-reqqa mill-analisti tas-suq tal-ICERTIAS li jkun ibbażat fuq riċerka tas-suq sekondarju. 

    Kumpaniji li huma interessati jistgħu jirreġistraw permess tal-websajt: www.customersfriend.org/application jew billi jibagħtu email lil: certification@icertias.com.

    Dawk il-kumpaniji li jissodisfaw il-kriterji ta' ċertifikazzjoni u li huma lesti li jiffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ ICERTIAS Customers’ Friend u jaġixxu skont ir-regoli mfassla fiha, jidħlu fil-programm ta' ċertifikazzjoni ICERTIAS Customers' Friend u jistgħu jinkorporaw il-medalja “ICERTIAS Customers’ Friend – GĦALIEX AĦNA NIEĦDU ĦSIEBEK" fl-attivitajiet promozzjonali tagħhom.

    L-organizzazzjoni internazzjonali ICERTIAS (Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Ċertifikazzjoni), bil-kwartieri ġenerali internazzjonali tagħha rreġistrat f' Zürich, l-Isvizzera, tisab wara l-programm ta' ċertifikazzjoni ICERTIAS Customers’ Friend. ICERTIAS hija organizzazzjoni pijuniera, privata, u politikament indipendenti. Hija wkoll organizzazzjoni internazzjonali tar-riċerka fil-kummerċ u ċertifikazzjoni, li tiskopri, tiċċertifika u tippremja kumpaniji, prodotti u servizzi ta’ kalibru importanti, u tidderieġi l-konsumaturi madwar id-dinja lejn l-aqwa li s-suq għandu x'joffri. Bil-programmi ta’ ċertifikazzjoni tal-Best Buy Award, QUDAL – QUality meDAL u Customers’ Friend, ICERTIAS bħalissa hija preżenti f'aktar minn 40 pajjiż f'ħames kontinenti. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur www.icertias.com.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook