Appartamenti flok siġar f’għalqa f’Tal-Pietà?

  • Apr 20, 2017 08:50
  • Miktub minn iNews

    L-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) hija mħassba li l-Awtorita tal-Ippjanar se tapprova permess biex titla’ blokka ta’ appartamenti flok art agrikola fi Triq Pietru Xuereb f’Tal-Pieta li fiha hemm numru ta’ siġar.

    Hija rrimarkat li dawn is-siġar għandhom aktar minn 50 sena u għalhekk jeħtieġ li jkunu protetti imma jekk il-proġett jiġi approvat dan ma jkunx jista’ jseħħ.

    Waqt li semmiet kif din l-art hija waħda mill-ftit mhux mibnija fil-lokalita, l-għaqda wissiet li l-iżvilupp se jwassal biex titwaqqa’ kamra fejn kienu jinżammu l-għodda u li għandha madwar 250 sena.

    FAA qalet li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali approvat l-applikazzjoni bil-kundizzjoni li l-applikant jissottometti ritratti li juru l-imsemmija kamra kif ukoll pjan fejn jindika xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija li hemm fis-sit.

    Hija sostniet li l-fatt li m’għamilx dan ifisser li l-kundizzjonijiet tas-Sovrintendenza ma mexix magħhom u għalhekk l-approvazzjoni m’għadix aktar valida anke jekk l-uffiċjal tal-Awtorita tal-Ippjanar qal il-kontra.

    L-għaqda nsistiet li jekk l-applikazzjoni tiġi approvata kif mistenni jsir nhar il-Ġimgħa dan se jwassal għal aktar qird tal-wirt u ta’ postijiet mhux mibnijin li posthom jittieħed il-konkrit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook