Jigdem Pulizija u jeħel multa u sentenza sospiża

  • Apr 20, 2017 13:55
  • Miktub minn iNews

    Carlos Gauci ta’ 31 sena minn San Ġwann kien ikkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta fil-Qorti tal-Maġistrati li ħebb għal Pulizija u gidmu wara li waqqfu talli kien qed isuq b’manjiera perikoluża.

    Il-każ seħħ nhar id-19 ta’ April li għadda fi Triq ix-Xatt, Bormla, għall-ħabta ta’ bejn il-5.05 u l-5.15 p.m. 

    Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, l-imputat ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied u li għamel ħsara fil-qmis ta’ uniformi tal-Pulizija.

    Huwa ammetta wkoll li għamel offiża fuq ħames Pulizija, naqas li jobdi l-ordnijiet tagħhom, li kkaġuna offiża ta’ natura ħafifa fuq il-Kuntistabbli Yanis Caruana u li saq vettura b’manjiera perikoluża.

    Fil-Qorti ħareġ kif Gauci kellu argument mat-tfajla tiegħu u meta raha tirkeb fuq tal-linja, huwa beda jsuq warajha bil-vettura. Huwa kien imwaqqaf mill-Pulizija, li nnotaw lil Gauci jsuq b’manjiera perikoluża. Allegatament kien f’dan il-mument li gidem lil wieħed minnhom.

    Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, kkunsidrat li l-imputat għandu fedina penali netta, li ammetta l-imputazzjonijiet fl-aktar stadju bikri tal-proċeduri kif ukoll li huwa kien lest jagħmel tajjeb għall-ħsara fl-uniformi tal-Pulizija involut f’dan il-każ.

    Ikkunsidrat ukoll li l-inċident, għalkemm seħħ skont kif kontestat ma kellux effetti ta’ natura serja fuq il-Pulizija involut għalkemm l-imputat irrikonoxxa li huwa żbalja bil-kbir ta’ dak li għamel. 

    Meta ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti filwaqt li sabitu ħati tal-imputazzjonijiet miġjuba kontrih, ikkundannatu għal piena ta’ disa’ xhur priġunerija sospiżi għal sena u mmultatu €1,000. Fl-istess waqt ordnat ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-ħati għal perjodu ta’ xahar mil-lum. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud filwaqt li l-Avukat Victoria Cuschieri dehret għall-akkużat. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook