Walid Nabhan jirbaħ il-Premju tal-UE għal-Letteratura għall-2017

  • Apr 21, 2017 13:12
  • Miktub minn iNews

    Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura għall-2017 għadu kemm tħabbar. Dan huwa premju prestiġjuż li kull sena jingħata lil tnax-il kittieb jew kittieba mill-Ewropa b’rikonoxximent tal-produzzjoni letterarja tagħhom fl-aħħar ftit snin. Bħalma jiġri darba kull tliet snin din is-sena kien imiss lil Malta tagħżel wieħed mir-rebbieħa minn fost il-kittieba Maltin. L-għażla waqgħet fuq l-awtur WalidNabhan, kittieb li twieled il-Ġordan f’familja ta’ refuġjati Palestinjani u li ilu ħafna snin jgħix Malta, tant li kiseb iċ-ċittadinanza Maltija. Nabhan jikteb bil-Malti u ppubblika żewġ ġabriet ta’ novelli, ktieb ta’ poeżiji u r-rumanz L-Eżodu taċ-Ċikonji (ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin fl-2013) li għalih ingħata dan il-premju. Walid Nabhan qaleb ukoll diversi xogħlijiet letterarji kontemporanji Maltin għall-Għarbi.

    L-Eżodu taċ-Ċikonji huwa rumanz dwar raġel Palestinjan imwieled f’kamp tar-refuġjati fil-Ġordan li sab ruħu jgħix Malta. In-narratur jinseġ ir-rakkont tiegħu madwar l-esperjenzi tiegħu ta’ barrani f’Malta u ta’ refuġjat f’komunità kbira ta’ Palestinjani fil-Ġordan, imma jdaħħal ukoll l-istorja tal-familja tiegħu fil-perjodu meta kienet għadha tgħix fil-Palestina. Huwa rakkont li jenfasizza r-relazzjonijiet bejn il-bnedmin f’sitwazzjonijiet diffiċli, imma huwa wkoll rakkont politiku għaliex kulma jseħħ fir-rumanz iseħħ għax xi darba xi ħadd bil-poter f’idu ħa deċiżjoni politika, u għaliex deċiżjonijiet politiċi żbaljati li jaffettwaw il-ħajjiet tan-nies għadhom isiru kuljum, fuq kull livell. Waqt li jikteb rumanz serju u impenjattiv, Nabhan iżewwaq in-narrattiva tiegħu b’mumenti liriċi mill-isbaħ u jirnexxilu jsib l-umoriżmu anki fis-sitwazzjonijiet l-aktar imwiegħra. 

    F’Malta, dan il-premju huwa rrappreżentat mill-Akkademja tal-Malti li hija membru tal-Kunsill Ewropew tal-Kittieba (EWC). L-Akkademja taħtar ġurija indipendenti kull tliet snin sabiex tagħżel ir-rebbieħ minn Malta. Din is-sena l-ġurija kienet magħmula minn Prof. Stella Borg-Barthet, Dr Stephen Bonanno, ir-Rev. Norbert Ellul Vincenti, Dr Marco Galea (President) u Dr Adrian Grima. Il-konsorzju li jorganizza l-premju fuq livell Ewropew, minbarra l-EWC, huwa magħmul mill-Federazzjoni Ewropea u Internazzjonali tal-Bejjiegħa tal-Kotba (EIBF) u mill-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej (FEP). Il-kittieba rebbieħa jingħataw premju ta’ €5000 u jkollhom diversi opportunitajiet biex iressqu x-xogħol tagħhom quddiem qarrejja Ewropej. Il-premju huwa ffinanzjat mill-Programm Ewropa Kreattiva.

    Iż-żewġ rebbieħa preċedenti Maltin kienu Immanuel Mifsud (2011) u Pierre J. Mejlak (2014).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1