"Bżonn ta’ infurzar biex inneħħu l-prodotti falsifikati mis-suq"

  • Apr 21, 2017 16:24
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarjiet tal-Konsumatur, u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, fil-jiem li għaddew indirizzat kapijiet tal-aġenzija tal-mediċini, rappreżentanti tal-Pulizija, u tad-Dwana, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-infurzar tal-liġijiet. Hi qajjmet kwistjoni fuq prodotti falsifikati u l-bżonn li l-infurzar jieħu iktar dimensjoni globali.

    Fl-indirizz tagħha, hi rrimarkat kif każijiet riċenti ta’ prodotti falsifikati qed jikkonfermaw kemm il-problema dejjem qed tikber, u allura hemm bżonn li tiġi solvuta minn kulħadd. Hawn hi talbet għal koperazzjoni bejn l-entitajiet, kemm b’mod lokali, kif ukoll b’mod Ewropej. 

    Il-Ministru spjegat ukoll kif dan il-grupp ta’ entitajiet qed jagħtu każ ta’ erba’ fatturi, li huma d-distribuzzjoni, l-bejgħ ‘fil-bulk’, it-theddid mill-internet, u taħriġ u l-edukazzjoni.

    Hi żiedet tgħid li matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew, qed tingħata prijorità bis-sħiħ lill-‘International Collaboration’, billi ttellgħu diversi summits, inkluż EU-US Summit dwar Manifattura Avvanzata li se jkun qed iseħħ f’pajjiżna matul ix-xahar li ġej. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0