"Għandhom jinġabu l-provi'

  • Apr 21, 2017 17:18
  • Miktub minn iNews

    "Ilni ngħid li għandhom jinġabu l-provi".  Hekk iddikjara ma' inewsmalta.com, id-Deputat Ċermen tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo meta mistoqsi dwar il-mod kif żviluppat is-sitwazzjoni politika f'Malta fl-aħħar sigħat.

    Meta mistoqsi dwar il-fatt li minkejja l-allegazzjonijiet ma tressqux provi konkreti, Cacopardo qalilna li "dik hi għażla ta' min jagħmel l-allegazzjonijiet. Kieku jien kont żgur nippubblika għallinqas dokument wieħed.  Nemmen li l-provi għandhom jitressqu".

    Staqsejnieh dwar il-fatt li l-mod kif qed jiżviluppaw l-affarijiet u l-attakki fuq politiċi b'allegazzjonijiet, jistgħux iwasslu biex jaqtgħu qalb politiċi żgħażagħ biex jidħlu għall-politika. Iddikjara magħna li "naqbel li jista' jkun hemm politiċi żgħażagħ li jiddeċiedu li ma jidħlux fix-xena politika".   Hu ddikjara ukoll li jidhirlu li m'hemmx x'tagħżel bejn iż-żewġ partiti l-kbar. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    N/A
    Apr 21, 2017

    Il-poplu Malti jistenna li zgur dan il.kaz jimmerita li jinstema b'urgenza ghax hsara kbira lill-pajjizna tista ssir jekk jibqa jkarkar. Il-poplu ghandu dritt ikun jaf il-verita QABEL imur jivvota u mhux snin wara !

    Irrispondi