il-koppja Muscat titlob lill-Qorti biex tordna lil Carl Gouder iħallashom għad-danni li sofrew

  • Apr 21, 2017 18:00
  • Miktub minn iNews

    Il-koppja Muscat b’libelli kontra DCG u Karl Gouder

    Kif iddikjara li se jagħmel ftit tal-ħin biss wara li saru allegazzjonijiet gravi fil-konfront ta’ martu Michelle, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat  dalgħodu ppreżenta żewġ kawżi ta’ libell, wieħed kontra Daphne Caruana Galizia, li oriġinarjament għamlet l-allegazzjonijiet u l-ieħor kontra Karl Gouder bħala editur ta’ NET TV.

    Fir-rikors tagħhom, il-koppja Muscat għamlet referenza għall-artikli li kienu ppubblikati minn Caruana Galizia, fejn allegat li permezz ta’ kumpanija sigrieta, hu u martu rċevew somom kbar ta’ flus mingħand it-tifla tal-President tal-Azerbaijan, jew persuni konnessi mal-Azerbaijan. 

    Huma ċaħdu dan u tennew li qatt ma kellhom xi kumpaniji kif allegat, jew li rċevew xi flus, direttament jew indirettament, mingħand persuni fl-Azerbaijan. Qalu wkoll li dawn l-allegazzjonijiet jixraq li jitressqu b’urġenza, fl-interess mhux biss tagħhom, iżda fl-interess tat-tmexxija demokratika u l-proċess sħiħ demokratiku f’pajjiżna. 

    Il-koppja Muscat żiedet tgħid li din il-kawża tmur lil’hinn mill-interess privat tagħhom u għalhekk ikun xieraq li l-istess kawża tinstema’ b’urġenza biex Caruana Galizia tingħata opportunità sħiħa li tressaq il-provi li tgħid li għandha malajr kemm jista’ jkun. 

    Fir-rikors li sar kontra Karl Gouder, il-koppja qalet li ħassewhom immalafamati meta waqt xandira ta’ Net News, saru allegazzjonijiet foloz fil-konfront tagħhom. Kien allegat li l-koppja Muscat għandhom kumpanija sigrieta li fuqha rċevew ammont kbir ta’ flus mill-kont bankarju tat-tifla tal-President tal-Azerbaijan jew persuni oħra konnessi mal-Azerbaijan.

    Qalu li dawn l-allegazzjonijiet huma għalkollox inveritiera u bla bażi u saru unikament bil-għan li jtellfu jew inaqqsu r-reputazzjoni tagħhom u biex issirilhom ħsara, b’insinwazzjoni ta’ atti llegali kif se jkun ippruvat aħjar fit-trattazzjoni tal-kawża.

    Għaldaqstant, il-koppja Muscat talbet lill-Qorti biex tordna lil Carl Gouder iħallashom għad-danni li sofrew. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook