Żagħżugħ miż-Żurrieq jisraq mir-residenza tas-sieħba tiegħu

  • Apr 21, 2017 19:08
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żurrieq mistenni li jingħata s-sentenza nhar it-Tnejn wara li ammetta fil-Qorti li seraq diversi oġġetti mir-residenza tas-sieħba tiegħu. 

    Dion Lia wieġeb ħati għal serq aggravat ta’ diversi oġġetti, li għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor u li sar reċediv. 

    Wara li ammetta għall-akkużi li nġiebu kontrih, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Grazio Mercieca ddifferixxiet il-kawża għas-sentenza għal nhar it-Tnejn u fl-istess waqt tat il-ħelsien mill-arrest lill-imputat. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri. L-Avukati Franco Debono u Yanika Vidal dehru għaż-żagħżugħ. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook