Inawgurat iċ-ċentru ‘Għajn’ fit-Rabat

  • Apr 21, 2017 19:56
  • Miktub minn iNews

    Imniedi Ċentru tal-konservazzjoni tal-ilma fir-Rabat

    Gvern Laburista indirizza mill-ewwel il-problema tal-konservazzjoni tal-ilma, tant li fl-2013 beda t-tfassil ta’ proġett li kien maħsub li se jagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies. Dan il-proġett sar fir-rawndebawt tan-Nigret fir-Rabat, bl-isem ta’ ‘Għajn - Ċentru tal-Konservazzjoni tal-Ilma’, tlesta, u llum ġie inawgurat mill-Ministru Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

    Dan iċ-ċentru sar permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, u li diġà rebaħ il-kategorija ta’ miżuri għall-konservazzjoni tal-ilma fil-konkors internazzjonali ‘Greening the Islands’.

    Bl-iżvilupp ta’ dan iċ-ċentru se jkun qed jingħata spazju rikreattiv lill-komunità tan-Nigret fejn iż-żoni ta’ madwar iċ-Ċentru jinkludu numru ta’ faċilitajiet rikreattivi li se jkunu miftuħin għall-pubbliku.

    Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Konrad Mizzi, saħaq li d-disinn tal-binja hu wieħed sostenibbli, fejn apparti li se jkun hemm ġibjun li jikkonserva l-ilma tax-xita, fejn l-ilma li jinħażen ikun jista’ jintuża fiċ-ċentru stess għat-tisqija tal-pjanti, ittellgħu diversi solar panels fuq is-soqfa, biex b’hekk m’hemmx għalfejn li l-binja tkun imqabbda mal-grid. Tħawwlu wkoll ammont ta’ siġar indiġeni mad-dawra.

    Hu saħaq ukoll li l-Gvern ilu sa’ mill-bidu nett jara li jindirizza l-problema tal-konservazzjoni tal-ilma, fejn “ġew tranġati l-leaks li nstabu, flimkien ma’ manutenzjoni oħra.” Dan ma kienx biżżejjed, u dlonk beda l-bini taċ-ċentru. 

    Mizzi ħabbar ukoll li nbeda studju wkoll biex jibda proġett ta’ restawr fuq iż-żona taċ-Chadwick Lakes, “biex dan ikun jista’ jitgawda minn kulħadd b’mod sigur.” Il-Ministru saħaq li fl-1996 kien inbeda proġett, li tħalla fuq l-ixkaffa, iżda issa wasal iż-żmien li jitkompla.

    Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg irrimarka li dan il-proġett jissottolinea is-sabiħ tal-politika, fejn il-politiku jkollu ċ-ċans jagħmel proġett tanġibbli għan-nies tal-komunità, waqt li jservi ta’ ġid nazzjonali. 

    Dwar il-post fejn sar il-proġett, li hu r-rawndebawt tan-Nigret fir-Rabat, qal li dan kien spazju moħli, u li l-fondi għall-proġett eżistenti kienu ilhom għand il-Gvern Malti mill-2009, fondi li ma ġew utilizzati qatt, anzi kienu f’riskju li jintilfu. 

    Hawn beda x-xogħol f’taqbida kontra l-ħin biex il-proġett jitlesta malajr kemm jista’ jkun, biex issa mhux biss hemm post li jolqot l-għajn flok rawndebawt, u post fejn jiġi kkonservat l-ilma, iżda wkoll post fejn it-tfal tal-iskola huma mistiedna jmorru biex jilgħabu u jitgħallmu.

     

     

    Ritratti: Roger Azzopardi

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0