L-Air Malta... issir it-tieni dar ta' Joseph Calleja

  • Fra 07, 2013 16:01
  • Miktub minn Victor Vella
"

    "Nisfida lil kulħadd, li jfittex kemm ifittex mhux se jsib gżira d-daqs ta' Malta b'dak kollu li għandna u li akkwistajna", iddikjara t-tenur Joseph Calleja, waqt preżentazzjoni li fiha ġie maħtur bħala l-Ambaxxatur tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta. Hu spjega kif Malta hi unika bil-klima, il-kultura u l-istorja li għandna.

    Philip Saunders, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta, iddeskriva l-Air Malta bħala t-tieni dar ta' Joseph Calleja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Peter Davies qal li "l-Air Malta hi kburija li ħatret lil Joseph Calleja bħala Ambaxxatur tad-ditta tagħha. Ir-reputazzjoni ta' Calleja fl-arena internazzjonali hi impressjonanti. Bħala artisti rinomat b'identità Maltija, Calleja hu bla dubju wieħed mill-aħjar ambaxxaturi li l-linja tal-ajru jista' jkollha biex tippromwovi kemm lil Malta u anke lill-Air Malta. Dan il-ftehim hu pass ieħor importanti fl-isforzi tal-linja tal-ajru biex tappoġġja l-promozzjoni mhux biss tal-identità ġdida tal-linja tal-ajru iżda ukoll tal-gżejjer Maltin barra minn Malta,” kompla Davies.

    It-tenur Joseph Calleja qal li "inħobb ħafna l-Air Malta u jien kburi li se nkun assoċjat mal-linja nazzjonali tagħna. Is-servizz abbord l-ajruplani jikkompara tajjeb ħafna ma' linji oħra. Kull darba li nitla' abbord ajruplan tal-Air Malta nħossni wasalt Malta. Ħerqan li se nkun l-ambaxxatur tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru li permezz tagħha nista' ukoll nippromwovi l-wirt Malti tiegħi.”

    Calleja kiseb fama internazzjonali u deher f'aktar minn 28 rwol prinċipali fl-aqwa teatri tal-opra fid-dinja inkluż il-Metropolitan Opera ta' New York, ir-Royal Opera House ta' Covent Garden fir-Renju Unit, l-iStaatsoper ta' Vjenna, l-Oper ta' Berlin, l-iState Opera ta' Vjenna u l-Opera ta' Zurich.

    It-tielet solo album tiegħu, maħruġ is-sena li għaddiet fuq il-kumpanija tad-diski Decca bl-isem ta' 'The Maltese Tenor', iddebutta bħala l-aħjar album vokali fuq stil klassiku fir-Renju Unit u l-Ġermanja.

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0