L-iskużi tal-irġiel meta ma jkollhomx aptit

  • Fra 07, 2013 19:31
  • Miktub minn
"

    Il-mara tuża l-klassiku uġigħ ta' ras, imma anke l-irġiel għandhom l-iskużi tagħhom ta' meta ma jkollhomx aptit ikollhom x'jaqsmu sesswalment.

    Il-maġġoranza tal-irġiel jgħidu biss li kellhom ġurnata iebsa x-xogħol u li għalhekk m'għandhomx aptit. Imma hemm min anke juża skużi aktar fantasjużi bħal li hemm bżonn li joħorġu l-kelb, jew li jridu jlestu l-logħba fuq il-vidjo game.

    Dan ħareġ minn stħarriġ li għamel is-sit Ingliż Lloyds Pharmacy Online Doctor, fejn kienu involuti 2,000 raġel.

    F'ħafna każi l-iskuża fl-irġiel hija xi ħaġa marbuta ma aptit ta' dak il-ħin imma għal madwar 7 fil-mija tal-każi, dawn l-iskużi jaħbu problema akbar. Problema ta' erezzjoni, problemi li l-mara ma jkolliex ħjiel li s-sieħeb tagħha għandu.

    Fil-fatt dan l-istudju kien ippubblikat fl-istess żmien li fir-Renju Unit kien ippubblikat riklam televiżi biex joħloq kuxjenza fuq problemi erettili.

    Fil-fatt dan l-istudju saqsa anke lil dawk li ħadu sehem dwar il-funzjonijiet erettili tagħhom fejn 17 fil-mija qalu li wara ħames minuti li jkunu bdew kuntatt mas-sieħba tagħhom jindunaw li dakinhar se jkollhom problema ta' funzjonalità. Kien hemm anke 25 fil-mija li qalu li m'għadhomx jagħmlu l-att sesswali. Dan il-perċentwali jitla' 42 fil-mija fl-irġiel li jkunu qabżu l-55 sena. F'dawn il-każi 47 fil-mija tal-irġiel jirrikorru għal parir mediku, imma 24 fil-mija biss jkellmu lis-sieħba tagħhom fuq dawn il-problemi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    6