Banif jisponsorja t-taħriġ ta’ tlett ifrieħ ta’ klieb ta’ servizz

  • Mej 02, 2017 13:05
  • Miktub minn iNews
"

    Banif Bank nieda kollaborazzjoni ta’ tliet snin mal-Fondazzjoni Service Dogs Malta bl-għan li jisponsorja t-taħriġ ta’ tlett ifrieħ biex jiksbu ċ-ċertifikat bħala klieb tat-servizz.

    It-taħriġ tal-klieb jiddependi fuq il-kapaċita’ tal-kelb innifsu. Dan l-istess taħriġ jista’ jdum sa sentejn u jista’ jiswa sa €15,000. Dawn il-klieb huma mħarrġa biex iwettqu numru ta’ azzjonijiet bil-għan li jagħmlu l-ħajja ta’ nies bi bżonnijiet speċjali aktar faċli. Il-kontribut finanzarju li se joffri Banif Bank se jkopri parti mill-ispiża tat-taħriġ li jinkludi t-tilqim u spiżi veterinarji, kontrolli u testijiet fiżiċi, assikurazzjoni kif ukoll spejjeż tat-trainer. Dan l-isponsor jagħmel parti mill-programm ta’ responsabilta’ korporattiva bbażata fuq il-filosofija li jħaddan il-Bank li jagħti lura lis-soċjeta’ lokali. 

    Il-klieb ta’ servizz jistgħu jsiru tassew parti essenzjali mill-kwalita’ tal-ħajja aħjar għal persuni bi bżonnijiet speċjali biex b’hekk isiru aktar indipendenti filwaqt li tittaffa xi ftit il-ħtiega ta’ carers. Dawn il-klieb iwettqu numru ta’ xogħolijiet, essenzjalment huma l-għajnejn għall-għomja, il-widnejn għat-torox u l-idejn u saqajn għal kull min għandu problemi ta’ mobilita’. Uħud minn dawn il-klieb ta’ servizz huma mħarrġa biex ikunu mekkaniżmu ta’ twissija għan-nies li jaslu fi stat fejn ħajjithom hi taħt theddida. Lil hinn minn dan kollhu, dawn il-klieb joffru kumpanija u appoġġ emozzjonali.

    La darba l-kelb ta’ servizz jingħaqad mas-sid, l-kelb jingħata mingħajr ebda obligazzjoni finanzjarja bil-kundizzjoni li l-kelb ikun eżaminat kull sena. Dan isir għaliex it-taħriġ komplut tal-kelb, biex ikun jista’ jwettaq kull bżonn speċifiku tas-sid, jieħu ż-żmien.

    “Il-klieb tas-servizz jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-kwalita’ tal-ħajja ta’ persuna, kemm fis-sens prattiku, kif ukoll fis-sapport emozzjonali,” qal Melvin Pellicano, kap tal-‘Business Development’ ta’ Banif Bank. “Aħna impressjonati bl-isforzi u d-dedikazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Klieb ta’ Servizz u kuntenti li qed nappoġġjaw dan l-għan nobbli li jista’ jghati raġġ ta’ tama lin-nies bi bżonnijiet speċjali.”

    Joanne Cremona mill-Fondazzjoni Servizzi tal-Klieb qalet: “L-impatt pożittiv li dawn il-klieb ta’ servizz għandhom fuq in-nies hi kbira. Dawn l-annimali speċjali jwettqu xogħol għal sidhom u joffru wkoll imħabba u kumpanija. “Dawn it-tlett ifrieħ għandhom vjaġġ twil quddiemhom u t-taħriġ hu intensiv. Għaldaqstant napprezzaw l-appoġġ ta’ Banif Bank .”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0