L-aggressur tax-xufier tal-linja ma kienx qed jiddefendi lilu nnifsu

  • Mej 02, 2017 13:21
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ Spetturi tal-Pulizija xehdu kif filmati tas-CCTV urew li Omar Joseph Trabelsi, li jinsab mixli li ħebb għal xufier tal-linja, ma kienx qed jiddefendi lilu nnifsu kif kien iddikjara hu stess mal-Pulizija.

    Trabelsi, li għandu 29 sena minn Ħal Kirkop, jinsab mixli quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud li nhar il-Ħadd 16 ta’ April ipprova jikkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq xufier tal-linja. Kawża ta’ dan l-inċident, l-istess xufier sofra ġrieħi ħfief, liema inċident allegatament seħħ ftit sigħat wara li Trabelsi ipprova juża biljett tal-linja skadut, xi ħaġa li qed ikun rappurtat li għamel f’okkażjonijiet oħra. 

    Fuq il-pedana tax-xhieda l-Ispettur Jeffrey Scicluna qal li fuq il-post fejn seħħ l-allegat inċident, jiġifieri fil-venda tal-Belt, l-Uffiċċjali tal-Pulizija sabu lis-sewwieq b’ferita fuq rasu u kien miksi bid-demm. Qal li tant kellu demm, li għall-ewwel il-Pulizija ħasbuh li kien attur li ħa sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. 

    Id-deskrizzjoni mogħitja mill-allegat vittma dwar l-aggressur, b’mod partikolari l-qatgħa xagħar li dan tal-aħħar kellu, mill-ewwel qanqal suspett f’moħħ l-Ispettur li seta’ kien Trabelsi, persuna magħrufa sew mal-Pulizija. 

    Qal li iżjed tard, sar kuntatt ma’ Trabelsi u ntalab biex imur l-Għassa tal-Pulizija, fejn kien arrestat meta minn jeddu mar l-Għassa. L-Ispettur Scicluna kompla jgħid li Trabelsi kien ħarab mill-kustodja tal-Pulizija u kien qed jiġi mfittex fit-toroq tal-Belt. Sussegwentement Trabelsi kien arrestat biswit il-Berġa ta’ Kastilja.

    Waqt l-interrogazzjoni tiegħu, l-imputat insista li huwa kien laqat lix-xufier tal-linja biex jiddefendi lilu nnifsu u ħeġġeġ lill-Pulizija biex jaraw il-filmati tal-inċident. Min-naħa tiegħu, l-Ispettur Scicluna xehed kif dawn il-filmati wrew li dan il-każ ma kienx wieħed ta’ self-defence kif allega l-imputat, iżda fil-fatt kien Trabelsi li attakka lix-xufier. 

    Fix-xhieda tagħha, L-Ispettur Priscilla Caruana Lee ikkonfermat id-dettalji tal-inċident kif ġew rakkontanti mill-kollega tagħha. Qalet li jumejn qabel, kien inqala’ argument bejn iż-żewġt’irġiel wara li Trabelsi ma tħalliex jirkeb tal-linja. 

    Hija żiedet tgħid li filmat ieħor wera lill-vittma allegatament iwaddab karta lejn l-akkużat u ftit tal-mumenti wara ġew fl-idejn. 

    Fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat liema talba ġiet miċħuda. “L-era tal-cowboys spiċċat. Kull min ikun qed jagħmel xogħlu, kemm jekk huwa Pulizija kif ukoll jekk huwa xufier tal-linja, għandhom ikunu protetti,” saħaq il-Maġistrat Mifsud.

    L-Avukat Yanika Camilleri qed tidher għal Trabelsi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0